Posts

Khedira b’messaġġ fuq is-social media li juri li ma jridx jitlaq lil Juventus

Sami Khedira jidher li mhux qed ikun effettwat wisq fin-negattiv għall-fatt li Pirlo mhux qed jgħajjatlu għall-partiti ta’ Juventus. Illejla hu tella’ post fuq Twitter fejn jidher li hu qed jittrenja. Il-caption ‘Full Power, Full Caption’ donnha turi li Khedira jinsab konvint li jista’ jibdel il-fehma ta’ Pirlo.

Khedira barra mil-lista taċ-Champions League

Juventus żvelaw il-lista ta’ plejers li għaddew lill-Uefa u li se jużaw għall-partiti tan-knock-out. Fil-lista hemm isem Frabotta imma Khedira tħalla barra.

Il-lista hi magħmula minn dawn il-plejers:

1 Szczesny 3 Chiellini 4 de Ligt 5 Arthur 7 Ronaldo 8 Ramsey 9 Morata 10 Dybala 12 Alex Sandro 13 Danilo 14 McKennie 16 Cuadrado 19 Bonucci 22 Chiesa 25 Rabiot 28 Demiral 30 Bentancur 31 Pinsoglio 33 Bernardeschi 38 Frabotta 39 Portanova 44 Kulusevski 77 Buffon

Matthew Scerri

Khedira għarraf lil Juventus li ma jridx jitlaq

Skont Gianluca Di Marzio, Sami Khedira għarraf lil Juventus li ma jridx jitlaq. Fi kliem ieħor fallew in-negozjati miegħu biex jinstab ftehim konsenswali ħalli l-kuntratt ikun itterminat qabel iż-żmien. Kollox jindika li Khedira se jibqa’ ma’ Juventus minn tal-inqas sa Jannar.

Matthew Scerri

Għadu ‘l bogħod il-ftehim bejn Juventus u Khedira

Khedira ma jridx jaf! Hu assolutament ma jridx jaċċetta somma inqas minn 6 miljuni biex jittermina l-kuntratt ma’ Juventus. Il-Bianconeri min-naħa tagħhom qed joffrulu 2.5 miljuni. Kollox jindika li l-partijiet għadhom ‘il bogħod milli jsibu ftehim u jista’ jkun li finalment Khedira se jqatta’ sena oħra ma’ Juventus, mifrud f’daru basta jaqla’ s-6 miljuni tiegħu.

Matthew Scerri

Jidher fil-qrib il-ftehim ma’ Khedira

Kmieni l-ġimgħa d-dieħla l-aġenti ta’ Khedira se jkunu qed jiltaqgħu ma’ Paratici f’laqgħa li qed tkun deskritta bħala deċiżiva biex jinstab il-ftehim tant mistenni biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Khedira s’issa dejjem irrifjuta li jaċċetta l-ftehim propost lilu min-naħa ta’ Juventus, forsi minħabba l-biża’ li ma jibqax fil-futbol ta’ livell għoli. Issa, però, jidher li Khedira fehem li m’għandux triq oħra ħlief li jaċċetta peress li ma tantx se jkun hemm spazju għalih ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Żewġ timijiet qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni ta’ Khedira

Apparti Manchester United, allegatament anki PSG jinsabu interessati li jiffirma lil Sami Khedira. Iż-żewġ timijiet qed jistennew li l-ewwel Khedira jinħall mill-kuntratt li jorbtu ma’ Juventus u wara, meta jkun free-agent, lesti joffrulu kuntratt. L-interess min-naħa ta’ klabbs importanti mix-xena Ewropea tista’ tkun inċentiv qawwi biex Khedira jilħaq ftehim ma’ Juventus sabiex ikun itterminat konsenswalment il-kuntratt.

Matthew Scerri

Tlieta mistennija jħallu lil Juventus

Skont Calciomercato.com hemm tliet plejers li fil-jiem li ġejjin se jkunu qed iħallu lil Juventus. L-ewwel wieħed hu Khedira. Għalkemm s’issa għadu ma nstabx ftehim biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu, jidher li hemm indikazzjonijiet li finalment il-partijiet jistgħu jilħqu ftehim bejniethom. Imbagħad hemm De Sciglio u Pjaca. Il-full-back Taljan hu qrib li jingħaqad ma’ Roma, filwaqt li Pjaca għandu offerti minn diversi klabbs tas-Serie A.

Matthew Scerri

Allegatament hemm ftehim bejn Juventus u Khedira biex ikun xolt il-kuntratt

Fl-aħħar sigħat jidher li Juventus bdew resqin lejn ftehim ma’ Sami Khedira biex ixolju l-kuntratt tiegħu. Qed jissemma li Khedira se jingħata 3 miljuni biex itemm il-kuntratt qabel iż-żmien. Wara li jkun xolja l-kuntratt ma’ Juventus, Khedira mistenni jingħaqad ma’ Zenit.

Matthew Scerri