Posts

Magħrufa d-dettalji tat-trasferimenti ta’ Kulusevski u Bentancur ma’ Tottenham

Tħabbru uffiċjalment id-dettalji tat-trasferimenti ta’ Kulusevski u Bentancur ma’ Tottenham. Juventus silfu lil Kulusevski lil Tottenham għal perjodu ta’ sena u nofs, liema self se jkun imħallas 10 miljuni. Tottenham għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox fl-2023 għal 35 miljun Ewro. Id-dritt isir obbligu jekk Tottenham jilħqu ċerta miri sportivi fl-istaġun 2022/23.

It-trasferiment ta’ Bentancur ma’ Tottenham hu wieħed definittiv. Huma se jħallsu 19-il miljun Ewro għalih, flimkien ma’ 6 miljuni oħra f’bonuses.

Matthew Scerri

Kulusevski hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Verona

Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Verona. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 41% tal-voti, segwit minn Dybala (13%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Morata b’11% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Inċident għal missier Kulusevski

Missier Dejan Kulusevski kellu inċident bil-karozza personali tiegħu ftit ‘il bogħod mill-Continassa. Hu nqaleb bl-SUV tiegħu anki jekk b’xorti tajba ma weġġgħax. Is-Sur Kulusevski mar il-Continassa biex jiġbor lil ibnu u jieħdu d-dar wara li waslet fi tmiemha l-kwarantina volontarja tat-tim Juventin kollu.

Matthew Scerri

McKennie u Kulusevski fost l-aqwa fl-ewwel taqsima

McKennie u Kulusevki kienu l-uniċi mill-plejers il-ġodda li lagħbu fl-ewwel taqsima kontra Novara. Huma kellhom wirja tajba ferm. Nafu li l-avversarji huma li huma, imma xorta waħda ninsabu kuntenti għall-fatt li McKennie u Kulusevski wrew li integraw sew ma’ sħabhom. McKennie deher li hu plejer simili għal Matuidi għax jirbaħ ħafna blalen, imma b’iktar kwalità mill-Franċiż meta jilgħab il-ballun. Kulusevski lagħab quddiem flimkien ma’ Ronaldo. Mhix eżattament il-pożizzjoni tiegħu, biss deher jiftiehem sew ma’ Ronaldo u kien proprju Kulusevski li qassam il-ballun lil Ronaldo fl-ewwel gowl.

Matthew Scerri