Posts

Vlahovic u Locatelli mhux se jilagħbu. Pogba u Locatelli barra wkoll

Vlahovic u Locatelli se jkollhom jitilfu l-partita t’għada kontra Lecce. L-attakkant Serb ma rkuprax mill-injury li sofra dil-ġimgħa, filwaqt li Locatelli mhux se jilgħab minħabba raġunijiet personali.

Chiesa u Pogba ma ġewx mgħajta għall-partita kontra Lecce. Allegri spjega llum li x’aktarx anki kontra Inter se jibqgħu barra u jista’ jagħti l-każ, ghalkemm m’hemmx ċertezza, li jidħlu kontra Verona jew Lazio.

Matthew Scerri

Juventus se jkollhom lura diversi plejers

Alex Sandro, Rabiot u Locatelli se jkunu qed jirritornaw għall-azzjoni fi tmiem il-ġimgħa wara li rkupraw mill-injuries tagħhom. It-Tlieta li huma se jkunu jistgħu jilaghbu kontra Bologna. Allegri se jkollu lura wkoll lil Cuadrado u Milik li tilfu l-aħħar partita kontra Monza peress li kienu sospiżi.

Matthew Scerri

Rabiot, Locatelli u Sandro għadhom ma rkuprawx

Illum Rabiot, Locatelli u Alex Sandro reġgħu ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom. Dan ifisser li għadhom ma rkuprawx mill-injury tagħhom. Jekk għada jerġgħu ma jittrenjawx, allura ikun żgur li se jitilfu Monza-Juventus.

Matthew Scerri

Alex Sandro, Rabiot u Locatelli mistennija jitilfu Juventus-Benfica

Għada Allegri mistenni jkollu neqsin lil Locatelli, Rabiot u Alex Sandro. It-tlieta li huma llum ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom u normalment din hi indikazzjoni li l-plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu. Di Maria, mill-banda l-oħra, ttrenja mat-tim b’mod normali u għaldaqstant se jkun mgħajjat. Illejla, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Allegri se jkun jista’ jispjega eżattament liema plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu u forsi jagħti indikazzjoni dwar meta se jkunu jistgħu jidħlu lura fl-azzjoni.

Matthew Scerri

Injury għal Locatelli

Manuel Locatelli se jitlef il-partita kontra Salernitana minħabba s-soltu ‘affaticamento muscolare’. Wieħed irid jara issa kemm se jdum biex jirkupra u jekk eventwalment huwiex se jitlef aktar partiti, ibda minn dik ta’ nhar l-Erbgħa kontra Benfica.

Matthew Scerri

Locatelli fieq!

Manuel Locatelli fieq mill-Covid-19 u se jkun qed jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan. Wara li jtemm l-impenji mat-tim nazzjonali, Locatelli se jkun qed jirritorna Turin biex iħejji għall-partita kontra Inter tat-3 ta’ April.

Matthew Scerri

Locatelli pożittiv għall-Covid-19

Manuel Locatelli ttestja pożittiv għall-Covid-19 matul il-ġurnata tal-lum u immedjatament beda l-kwarantina tiegħu. Ta’ min ifakkar li lbieraħ Locatelli kien fil-grawnd kontra Villareal u għaldaqstant wieħed irid jara jekk hux se jkun hemm aktar plejers Bianconeri infettati.
Matthew Scerri

Juventus-Locatelli. Forsi resqin lejn ftehim

Juventus u Sassuolo għadhom ma jistgħux jsibu ftehim bejniethom dwar it-trasferiment ta’ Manuel Locatelli. Ninsabu ġimgħa ‘l bogħod mill-bidu tal-kampjonat u s’issa Allegri għad m’għandu l-ebda plejer ġdid f’nofs il-grawnd. Nafu li Juventus huma mftehma ma’ Locatelli imma Sassuolo għadhom jaraw kbir u qed ikomplu jitolbu ħafna iktar minn dak li qed joffru Juventus. Il-Bianconeri qed joffru madwar 35 miljun Ewro filwaqt li Sassuolo baqgħu jinsistu li jridu 45 miljun, ċifra li tidher irrealistika immens fiż-żminijiet li ninsabu fihom. Issa l-gazzetti tal-lum qed jirrapurtaw li Sassuolo lesti jaċċettaw l-offerta ta’ 35 miljun, biss issa jonqos li jkunu maqbula d-dettalji tal-ftehim: kemm se jkun imħallas is-self u jekk hux se jkun hemm l-obbligu għal Juventus li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri

Nedved: “Irridu lil Locatelli u hu jrid lilna”

Qabel Monza-Juventus, Pavel Nedved ikkonferma li Juventus iridu lil Locatelli u ressqu offerta għalih li jqisu li hi waħda tajba u ġusta għalih. Skont Nedved għad hemm xi dettalji x’jigu diskussi u maqbula bejn il-klabbs. Madankollu Juventus huma ottimisti anki għax il-plejer irid jingħaqad mal-Bianconeri skont Nedved.

Matthew Scerri