Posts

Carnevali: “Jekk mhux se jkun hemm offerta tajba, Locatelli se jibqa’ magħna”

Illum kellha tinżamm laqgħa oħra bejn Juventus u Sassuolo għal Locatelli. Il-laqgħa tħassret u mhux magħruf għala. Iċ-CEO ta’ Sassuolo, Carnevali stqarr: “Jekk mhux se jkun hemm offerta tajba, Locatelli se jibqa’ magħna. Fil-bidu t’Awwissu se nagħlqu s-suq tat-trasferimenti tagħna.” Fi kliem ieħor għandna deadline sakemm Locatelli se jkun jista’ jinxtara. Id-domanda hi: la Sassuolo dejjem qalu li kellhom klabbs barranin lesti joffru ħafna għal Locatelli, għalfejn issa qed jgħidu li jista’ jkun li se jibqa’ magħhom? L-impressjoni tagħna hi li Sassuolo qed jilagħbu s-solta logħba biex jisolħu somma ikbar mingħand Juventus. Locatelli hu plejer tajjeb ħafna imma t-talba ta’ kważi 48 miljun Ewro għalih hi kbira wisq. Juventus jagħmlu tajjeb li jagħmlu l-honework tagħhom sew għax, tajjeb ma ninsewx, ġejjin minn sena u nofs ta’ kriżi minħabba l-pandemija u ma nafux meta s-sitwazzjoni se tinbidel.

Matthew Scerri

Dragusin miftiehem ma’ Sassuolo. Locatelli jidher qrib li jingħaqad ma’ Juventus

Jidher li hemm xaqq ta’ tama li t-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventus verament daqt se jseħħ. Fil-fatt qed ikun irrapurtat li Dragusin sab ftehim ma’ Sassuolo. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom bħala parti mill-ftehim bejn Sassuolo u Juventus għal Locatelli. Intant Sassuolo diġà sabu sostitut għal Locatelli: Lovric ta’ Lugano.

Matthew Scerri

Locatelli-Ronaldo. Nedved mhuwiex inkwetat

Pavel Nedved kien preżenti lbieraħ għaċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-poloz tas-Serie A u bħal dejjem tkellem mal-ġurnalisti. Fost id-domandi li saqsewh kien hemm anki dawk marbuta ma’ Locatelli u Ronaldo. Dwar il-midfielder Taljan, Nedved wieġeb li Juventus ħallewh bi kwietu waqt il-Euro2020 u li għad fadal żmien għad-diskussjonijiet bejn il-partijiet. Ronaldo, mill-banda l-oħra, jidher li se jibqa’ peress li ħadd mill-aġent ma ta sinjali lil Juventus li se jkun qed jitlaq. Fi kliem Nedved, fil-25 ta’ Lulju Ronaldo se jkun qed jibda l-preseason ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Carnevali: “Locatelli jiswa iktar minn 40 miljun Ewro”

Iċ-CEO ta’ Sassuolo, Carnevali kkonferma li Juventus jinsabu f’kuntatt mal-klabb tiegħu sabiex jixtru il Manuel Locatelli. Hu sostna li hemm diversi klabbs barranin li tkellmu ma’ Sassuolo dwar Locatelli u l-wirjiet tajba li qed ikollu fil-Euro2020 qed iwasslu biex il-konkorrenza qed tiżdied. “40 miljun mhumiex biżżejjed għal Locatelli u mhux qed niċċajta għax in-negozjati li għandna huma fuq dawn iċ-ċifri u bil-Euro2020 il-valur qed jiżdied,” stqarr Carnevali. Jidher li b’mod partikolari Sassuolo għandhom f’idejhom offerta mingħand Arsenal li hi għola minn 40 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Locatelli. Juventus u Sassuolo resqin lejn ftehim

Kif irrapurtajna fil-jiem li għaddew, dil-ġimgħa Cherubini se jkun qed jerġa’ jiltaqa’ ma’ Carnevali ta’ Sassuolo sabiex ikomplu jiddiskutu d-dettalji tat-trasferiment ta’ Locatelli mal-Bianconeri. Sassuolo fehmu li l-plejer irid biss li jingħaqad ma’ Juventus u għaldaqstant għandhom kull interess li jilħqu ftehim mal-Bianconeri. Fl-aħħar sigħat issemma li Locatelli jaf jingħaqad ma’ Juventus b’self bi ftehim li l-Bianconeri jixtruh għal kollox is-sena ta’ wara u l-ħlas ikun imqassam fuq numru ta’ snin, bejn wieħed u ieħor ħames snin. Is-sena li għaddiet Juventus kisbu lil Chiesa bi ftehim simili. Il-prezz li qed jissemma għal Locatelli hu ta’ 48 miljun Ewro. Jidher li mhux se jkun hemm tpartit ta’ plejers bejn il-klabbs, għallinqas direttament fil-ftehim għal Locatelli. Mhux eskluż, però, li Sassuolo  aktar ‘il quddiem jieħdu plejer jew plejers (Dragusin?) mingħand Juventus.

Matthew Scerri

Locatelli. Passi ‘l quddiem min-naħa ta’ Juventus biex jixtruh

Il-ġimgħa d-dieħla Cherubini mistenni jkollu laqgħa oħra ma’ Carnevali ta’ Sassuolo biex ikomplu t-taħdidiet għat-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventus. L-għidut hu li fil-laqgħa li kellhom ftit tal-jiem ilu, Sassuolo għall-ewwel darba urew id-disponibbiltà li jaċċettaw lil Dragusin fil-ftehim. Jonqos aktar dettalji x’jiġu diskussi bejn il-klabbs. Intant, però, allegatament Locatelli diġà jinsab miftiehem ma’ Juventus dwar il-kuntratt tiegħu.

Matthew Scerri

Rovella jaf ikun il-pedina biex Juventus jiksbu lil Locatelli

Skont Sky Juventus qed jippruvaw jiksbu b’mod immedjat lil Nicolò Rovella mingħand Genoa anki jekk is-self tiegħu fadallu sena biex jasal fi tmiemu. Juventus talbu lil Genoa jagħtuhom lura lil Rovella sabiex ikunu jistgħu jpartuh (flimkien ma’ somma flus) ma’ Locatelli.

Matthew Scerri

Juventus se jsaħħu nofs il-grawnd tagħhom

Il-prijorità fis-suq tat-trasferiment se tingħata minn Juventus lin-nofs il-grawnd. Wara tliet snin, Juventus se jkunu qed jagħmlu akkwisti importanti sabiex isaħħu nofs il-grawnd tagħhom. Arthur, Bentancur, McKennie u Fagioli mistennija li jkunu kkonfermati, filwaqt li Rabiot u Ramsey se jitpoġġew għall-bejgħ. Juventus se jixtru playmaker: Locatelli jew Pjanic. Locatelli qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus u hemm rapporti li hu għarraf lil Sassuolo li se jirrifjuta kull offerta oħra. Pjanic, għalkemm hu maħbub minn Allegri, jiswa wisq u għandu paga għolja. Il-ħolma tibqa’ ġġib l-isem ta’ Paul Pogba. Xi gazzetti qed isostnu li jista’ jkun hemm tpartit bejn Ronaldo u Pogba. Jekk dan ma jseħħx, allura hu probabbli li Juventus jixtru lil De Paul.

Matthew Scerri

Shakhtar b’offerta tajba għal Locatelli

Juventus qed jirriskjaw li jitilfu lil Manuel Locatelli. Sassuolo għadhom jitolbu 40 miljun Ewro, somma li l-Bianconeri ma jridux iħallsu cash. Minflok qed jippreferu li joffru xi plejers u somma żgħira ta’ flus lil Sassuolo għal Locatelli. Fl-aħħar sigħat, allegatament Shakhtar offrew 35 miljun Ewro lil Sassuolo għal Locatelli. Shakhtar se jkolli lil De Zerbi bħala kowċ tagħhom fl-istaġun li ġej, l-istess De Zerbi li fl-aħħar sentejn ma’ Sassuolo għen lil Locatelli jistabilixxi ruħu bħala plejer.

Matthew Scerri