Posts

Benevento-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Ma tantx hemm wisq x’tgħid dwar il-konfronti tal-passat bejn Juventus u Benevento. Fil-fatt fil-kotba tal-istorja nsibu biss żewġ konfronti uffiċjali bejn it-timijiet. Il-konfronti jmorru lura għas-sena 2017/18 meta Benevento għall-ewwel darba lagħbu fis-Serie A. F’dak l-istaġun Juventus għelbu lil Benevento 2-1 fl-Allianz Stadium u 4-2 f’dar l-avversarji. Il-filmati t’hawn taħt juruna l-aqwa siltiet tal-partiti.

Juventus-Cagliari. Statistika dwar il-konfronti tal-passat

Meta niftħu l-kotba tal-istorja ta’ Juventus insibu li s’issa kien hemm 87 konfront uffiċjali ma’ Cagliari. Minn dawn Juventus rebħu nofs il-partiti (43), kien hemm 29 draw u 15-il rebħa għal Cagliari. Fis-Serie A t-timijiet iltaqgħu 78 darba, b’40 rebħa għal Juventus, 26 draw u 12-il rebħa għat-tim mis-Sardegna. Fil-konfronti tas-Serie A li ntlagħbu f’Turin insibu supremazija sħiħa Bianconera: minn 39 partita, Juventus rebħu 23 partita, b’14-il draw u 2 rebħiet biss għal Cagliari.

Matthew Scerri