Posts

Ikomplu n-negozjati ta’ Juventus ma’ Cagliari għal Nandez

Matul il-ġurnata tal-lum Juventus kellhom kuntatti ma’ Cagliari għal Nahitan Nandez. Juventus iriduh b’self bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox fis-sajf. Cagliari, min-naħa tagħhom, iridu li Juventus ikollhom l-obbligu u mhux id-dritt li jixtruh għal kollox. In-negozjati mistennija jkomplu għaddejjin matul il-lejl. Cagliari qed jitkellmu ma’ Juventus dwar il-possibbiltà li jiksbu b’self lil Kaio Jorge.

Matthew Scerri

Juventus f’kuntatti ma’ Cagliari għal Nandez

Fl-aħħar jumejn-tlieta d-diriġenza Bianconera kienet attiva ferm f’dak li għandu x’jaqsam mas-suq tat-trasferimenti. Apparti l-akkwist ta’ Vlahovic, kollox jindika li Juventus qed jippruvaw jiksbu b’self lil Nahitan Nandez ta’ Cagliari. Hu mistenni jieħu post wieħed mill-midfielders li se jitilqu lil Juventus: Ramsey, Bentancur u/jew Arthur. Il-kuntatti ma’ Cagliari u l-aġent tal-plejer kienu kontinwi fl-aħħar jumejn. Cagliari qed jitolbu 2 miljuni għas-self ta’ sitt xhur u qed jitolbu li Juventus ikunu obbligati jixtruh għal kollox fis-sajf għal 15-il miljun Ewro dejjem jekk it-tim Juventini jilħaq ċerta miri f’dan l-istaġun. Fil-ftehim jista’ jkun li Cagliari jiksbu b’self lil Ake u lil Kaio Jorge. Għandna nifhmu li Juventus se jieħdu lil Nandez biss jekk jeħilsu minn midfielder li attwalment għandhom fit-tim. Il-kuntatti bejn il-klabbs se jibqgħu għaddejjin. Is-sessjoni tas-suq tat-trasferimenti tax-xitwa tagħlaq nhar it-Tnejn 31 ta’ Jannar. Għaldaqstant Juventus u Cagliari għandhom biżżejjed ħin biex jiffinalizzaw il-ftehim għal Nandez.

Matthew Scerri

Imsemmi tibdil fin-nofs il-grawnd ta’ Juventus

F’nofs il-grawnd ta’ Juventus x’aktarx se jkun hemm xi bidliet fil-jiem li ġejjin. Hu fatt magħruf li l-aġent ta’ Arthur ilu miftiehem ma’ Arsenal. Fil-jiem li għaddew kellna l-aħbar li Aston Villa qed juru interess qawwi fl-akkwist ta’ Bentancur. Imbagħad hemm Ramsey li fi kliem Allegri stess se jkun qed jitlaq lil Juventus (anki jekk s’issa l-ftehim bejn il-partijiet biex jiġi tterminat il-kuntratt tal-plejer minn Wales għadu ma nstabx!). Intant fl-aħħar sigħat kellna l-aħbar li Juventus qed jaħdmu biex jiksbu b’self lil Nandez mingħand Cagliari. Fl-istess ħin, kien hemm anki aħbar li l-Bianconeri għamlu kuntatt ma’ Milan għal Kessie li għandu kuntratt li jiskadi f’Ġunju 2022. Kien hemm verità f’dan l-għidut kollu ma nafux. Biss wara dak kolli li nqala’ ma’ Vlahovic, żgur li kollox jista’ jiġri!

Matthew Scerri

Interess konkret min-naħa ta’ Juventus f’Nandez

Dusan Vlahovic jista’ ma jkunx l-uniku akkwist ta’ Juventus f’dis-sessjoni ta’ Jannar tas-suq tat-trasferimenti. Fil-fatt qed jissemma b’saħħa ma’ Juventus anki Nahitan Nandez ta’ Cagliari. Il-midfielder Urugwajan x’aktarx se jkun qed jieħu post Arthur jekk Juventus jisilfu jew ibigħu lil Arthur lit-tim ta’ Arsenal. Qed jingħaqad li Nandez jista’ jingħaqad b’self ma’ Juventus bil-Bianconeri jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox fis-sajf. Cagliari min-naħa tagħhom x’aktarx jiksbu lil Kaio Jorge b’self għall-kumplament tal-istaġun.

Matthew Scerri

Godin pożittiv għall-Covid-19. Cagliari jħallu barra anki lil Nandez

Diego Godin ittestja pożittiv għall-Covid-19 u se jitlef il-partita kontra Juventus. Cagliari ddeċidew li anki l-Urugwajan l-ieħor, Nandez, jitħalla barra mil-lista ta’ plejers mgħajta għall-partita ta’ Turin. Hu ttestja negattiv u allura m’għandux il-virus. Madankollu b’mod prekawzjonali Cagliari ħallew barra peress li kien f’kuntatt ma’ Godin.

Matthew Scerri