Posts

Uffiċjali: Paratici se jitlaq lil Juventus

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li Fabio Paratici mhux se jkun iktar il-kap tat-Technical Area. Hu kien ilu jaħdem ma’ Juventus għal dawn l-aħħar ħdax-il sena u issa Juventus għażlu li ma jġeddulux il-kuntratt. Prattikament ilna nafu minn Ottubru tas-sena l-oħra li Paratici kien se jitlaq lil Juventus fi tmiem dan l-istaġun. Hu kien wieħed mill-imħuħ l-aktar importanti wara daċ-ċiklu leġġendarju, biss m’hemmx dubju li fl-aħħar sentejn wera li kien għamel żmienu u kienet meħtieġa bidla.

Matthew Scerri

Filmat: X’qalu Paratici, Pirlo u Bonucci

https://www.youtube.com/watch?v=nmIv9LLCcjg

Paratici jitkellem dwar il-futur ta’ Dybala u Morata

“Qegħdin f’kuntatt mal-aġent ta’ Dybala kull ġimgħa. Ma rridux ninsew il-mument li ninsabu fih. Mhux qed nitkellem biss fuq futbol. Il-Covid ilu magħna u aħna l-klabbs ilna minn Ottubru nilagħbu bil-bibien magħluqa. Kulma nagħmlu rridu nagħmluh b’sens kbir ta’ responsabilità.” Hekk tkellem Fabio Paratici qabel il-partita. Fl-istess intervista Paratici kkonferma li Morata se jibqa’ ma’ Juventus. Fakkar li Juventus jistgħu jġeddu s-self jew jixtruh għal kollox. Juventus huma kuntenti b’Morata u jridu jżommuh magħhom.

Matthew Scerri

Lippi lura ma’ Juventus?

Diversi sorsi qed jirrapurtaw li Marcello Lippi jista’ jkun se jerġa’ jaħdem mill-ġdid għal Juventus. Fil-fatt Agnelli qed jikkunsidra li joffrilu xogħol bħala Kap tat-Technical Area, liema kariga bħalissa tinsab f’idejn Paratici. Mhuwiex magħruf jekk Lippi huwiex se jieħu post Paratici jew inkella t-tnejn li huma se jkunu qed jaħdmu flimkien. Li hu ċert hu li ilna xhur nisimgħu li Paratici se jitlaq lil Juventus das-sajf meta jintemmlu l-kuntratt.

Matthew Scerri

Paratici: “Il-kuntratt tiegħi? M’hemmx għaġla”

Mistoqsi qabel Juventus-Lazio dwar il-kuntratt tiegħu, Fabio Paratici sostna li m’hemmx għaġla biex il-kuntratt ikun imġedded. Fi kliemu, għandu relazzjoni mill-aqwa ma’ Agnelli u kien hemm diġà l-opportunità li jitkellmu fuq fuq dwar it-tiġdid tal-kuntratt. Madankollu m’hemmx għaġla biex Paratici jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Paratici jgħid tiegħu dwar il-mercato Juventin

Qabel Sampdoria-Juventus, Fabio Paratici tenna li Juventus m’għandhom ebda ħtieġa li jixtru plejers f’Jannar, għalkemm jekk tinqala’ opportunità tajba, il-Bianconeri mhux se joqogħdu lura. Paratici żied li Kulusevski wera li jista’ jilgħab quddiem, filwaqt li 7-10 ijiem oħra Dybala wkoll se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo.

Matthew Scerri

Paratici: “L-attakkant? M’hemmx għaġġla”

Qabel Juventus-Sassuolo, Fabio Paratici tkellem dwar l-għidut li Juventus qed jippruvaw jixtru attakkant ieħor. Skontu Juventus m’għandhomx għaġġla u lanqas ħtieġa għax it-tim hu kompetittiv kif inhu. Madankollu jaf tinqala’ opportunità tajba u Juventus dejjem joqogħdu attenti għal kull okkażjoni tajba li s-suq tat-trasferimenti joffri.

Matthew Scerri

Manchester United lesti joffru kariga importanti lil Paratici

Il-media Ingliża hi konvinta li Fabio Paratici hu fost il-kandidati ewlenin biex jingħaqad ma’ Manchester United b’kariga importanti li se tagħtih l-opportunità jibni t-tim tar-Red Devils fis-snin li ġejjin. Manchester United ilhom iħossu l-ħtieġa ta’ bidla radikali bil-għan li jibdew proġett sportiv ġdid li jpoġġihom lura fejn kienu fis-snin li għaddew. Paratici, kif għidna, hu fost dawk li qed ikun ikkunsidrat biex jibni tim qawwi. Wieħed irid jara imma jekk huwiex dispost jitlaq lil Juventus biex jibda din l-avventura professjonali ġdida.

Matthew Scerri