Posts

Diversi plejers esklużi mit-tim Juventin

Qed jingħataw iktar dettalji dwar xi deċiżjonijiet li ttieħdu waqt laqgħa bejn Giuntoli, Manna u Allegri. Apparti Bonucci u McKennie, jidher li anki Arthur, Zakaria, Pellegrini u Pjaca huma wkoll esklużi mit-tim Juventin u mhux se jitħallew imorru l-Amerka. Kollha kemm huma ma jiffirmawx iktar mill-pjanijiet ta’ Allegri u allura se jiġu esklużi mit-tim bit-tama li jiġu sfurzati bil-pulit isibu tim ieħor.

Matthew Scerri

Pellegrini mistenni jingħaqad ma’ Lazio

Luca Pellegrini mistenni jitlaq lil Eintracht u jingħaqad ma’ Lazio. Il-klabb tal-kapitali jinsab f’negozjati mal-aġent tal-full-back li f’Awwissu li għadda Juventus silfu lil Eintracht. Il-ftehim għat-trasferiment f’Jannar qed jiġi mogħti bħala wieħed ċert.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Pellegrini misluf lil Eintracht Frankfurt

Luca Pellegrini se jkun qed jilgħab ma’ Eintracht Frankfurt f’dan l-istaġun. It-trasferiment b’self għal sena hu issa uffiċjali. M’hemm ebda indikazzjoni fl-istqarrija ta’ Juventus li Eintracht għandhom xi dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Pellegrini misluf lil Eintracht. Għada t-testijiet mediċi

Luca Pellegrini għada se jkun il-Ġermanja għat-testijiet mediċi mat-tim ta’ Eintracht Frankfurt. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom b’self għal sena.

Matthew Scerri

Pellegrini lejn self ma’ Eintracht Frankfurt

Ilbieraħ Raffaella Pimenta kienet Turin u kellha laqgħa mad-diriġenza Juventina. Il-partijiet x’aktarx tkellmu dwar il-futur ta’ Kean u Pellegrini, it-tnejn li huma rrappreżentati proprju minn Pimenta. Hemm inċertezza sħiħa dwar il-futur ta’ Kean, filwaqt li Pellegrini għadu jissemma b’saħħa li se jitlaq lil Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Fis-Serie A jriduh b’self Atalanta, Sampdoria u Monza. Madankollu l-iktar destinazzjoni probabbli għalih hi l-Bundesliga fejn Eintracht Frankfurt jinsabu interessati fih biex isaħħu l-linja x-xellugija tagħhom li għadha kif iddgħajfet bil-bejgħ ta’ Kostic lil Juventus.

Matthew Scerri

Bentancur u Pellegrini sospiżi

Bentancur u Pellegrini se jitilfu Juventus-Roma tas-Sibt li ġej. Huma ġew sospiż għal partita waħda mill-Imħallef tal-Isport.

Matthew Scerri

Pellegrini se jibqa’ fejn hu

Waqt intervista mogħtija lil Tele Nord, id-Direttur tal-Isports ta’ Genoa, Francesco Marroccu sostna li Pellegrini mhux se jitlaq lil Genoa. Fil-jiem li għaddew kien hemm ħafna spekulazzjonijiet li Pellegrini kien se jitlaq lil Genoa biex Juventus jisilfuh lil xi tim ieħor tas-Serie A. Dan però mhuwiex minnu.

Matthew Scerri

Pellegrini se jġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Luca Pellegrini se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus. Skont La Gazzetta dello Sport hemm ftehim għal kuntratt ġdid sal-2025. Jidher li f’dawn il-jiem Pellegrini se jkun qed jitlaq lil Genoa, b’Juventus jerġgħu jisilfuh lil xi tim tas-Serie A.

Matthew Scerri