Posts

Uffiċjali: Kuntratt ġdid għal Pinsoglio

Juventus ħabbru li Carlo Pinsoglio ffirma kuntratt ġdid li se jorbtu għal sentejn oħra mal-Bianconeri. Pinsoglio, li kiber fil-youths ta’ Juventus, se jibqa’ it-tielet gowler ta’ Juventus sal-2023.

Matthew Scerri

Pinsoglio sospiż għal partita waħda

Carlo Pinsoglio ġie sospiż għal partita waħda u mmultat 5,000 Ewro talli wara l-gowl ta’ Bonucci naqas mir-rispett bi kliemu fil-konfront tar-referee.

Matthew Scerri

Għalfejn tkeċċa Pinsoglio?

Skont rapporti mhux uffiċjali li qed jidhru fuq xi siti online, Carlo Pinsoglio tkeċċa wara l-gowl ta’ Bonucci għax għajjat lejn ir-referee: “Ħassrilna anki dan!”. Ma nafux jekk huwiex veru, biss hu żgur li Orsato sema’ jew ra xi ħaġa li ma għoġbitux. Pinsoglio ġie muri l-karta l-ħamra u għaldaqstant se jeħel żgur sospensjoni ta’ żewġ partiti. Jista’ jkun li jeħel iktar minn żewġ partiti jekk l-Imħallef tal-Isport iqis bħala gravi dak li Pinsoglio qal jew għamel.

Matthew Scerri