Posts

Pjaca misluf lil Genoa

Marko Pjaca lbieraħ waranofsinhar mar Genova fejn beda l-avventura tiegħu ma’ Genoa. Hu ngħaqad magħhom b’self. Juventus se jkunu qed jiffrankaw madwar 3 miljuni b’rabta mal-paga tiegħu. S’issa għadu mhux magħruf jekk Genoa għandhom dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Tlieta mistennija jħallu lil Juventus

Skont Calciomercato.com hemm tliet plejers li fil-jiem li ġejjin se jkunu qed iħallu lil Juventus. L-ewwel wieħed hu Khedira. Għalkemm s’issa għadu ma nstabx ftehim biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu, jidher li hemm indikazzjonijiet li finalment il-partijiet jistgħu jilħqu ftehim bejniethom. Imbagħad hemm De Sciglio u Pjaca. Il-full-back Taljan hu qrib li jingħaqad ma’ Roma, filwaqt li Pjaca għandu offerti minn diversi klabbs tas-Serie A.

Matthew Scerri

Erba’ timijiet interessati f’Pjaca

B’kollox hemm erba’ klabbs tas-Serie A li jridu lil Marko Pjaca magħhom f’dan l-istaġun: Genoa, Verona, Parma u Crotone. Skont Calciomercato.com Genoa huma probabbilment il-favoriti nett li jieħdu lil Pjaca peress li għandhom rapporti tajbin ferm ma’ Juventus u spiss il-klabbs jbigħu jew jisilfu plejers lil xulxin.

Matthew Scerri

Genoa jħabbtu l-bieb ta’ Juventus għal Pjaca

Genoa jidhru li jinsabu mill-ġdid interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Marko Pjaca. Fil-passat huma kienu riduh b’saħħa, biss hu kien għażel lil Fiorentina. Issa Genoa se jagħmlu tentattiv ieħor li jixtruh. Nifhmu li Juventus jinsabu lesti li jbigħuh peress li għandhom miri oħra għall-attakk.

Matthew Scerri