Posts

Koeman: “Mhux se jkun hawn wisq spazju għal Pjanic ma’ Barcellona”

Il-kowċ ta’ Barcellona, Koeman bagħat messaġġ ċar lil Pjanic u lil Umtiti. Waqt konferenza tal-aħbarijiet hu stqarr li t-tnejn li huma ma tantx se jingħataw spazju fit-tim tiegħu. Żied anki l-plejers għandhom id-dritt li jagħżlu li jridu, biss tenna li s-sitwazzjoni tagħhom ma’ Barcellona hi “kumplikata”.

Matthew Scerri

Pjanic lura ma’ Juventus

Kmieni l-ġimgħa d-dieħla hu probabbli li jitħabbar ir-ritorn ta’ Miralem Pjanic ma’ Juventus. Barcellona lesti jisilfuh lil Juventus, li min-naħa tagħhom se jkollhom id-dritt li jixtruj għal kollox fl-istaġun ta’ wara. L-aġent Fali Ramadani qed imexxi n-negozjati, filwaqt li l-klabbs se jitkellmu dal-weekend meta se jkun qed jilagħbu kontra xulxin.

Matthew Scerri

Pjanic: “Juventus għadhom f’qalbi”

Miralem Pjanic stqarr pubblikament li jinsab xi ftit deluż peress li qed jilgħab ftit, żgur inqas minn kemm ħaseb u jħoss li ħaqqu. Fi kliemu, hu ma jistax jifhem għalfejn qed jilgħab daqstant ftit. Pjanic żied: “Juventus għadhom f’qalbi. Insegwihom kull meta nista’. Ħasra li ma stajniex nilagħbu quddiem in-nies f’Turin. Nawgura l-aqwa affarijiet lil Juventus, anki jekk għada rridu nirbħu.”

Matthew Scerri