Posts

Xejn ġdid dwar Pogba

M’hemmx aħbarijiet ġodda dwar Paul Pogba ħlief li l-Professur Sonnery Cottet-Bertrand, li kellu jinviżta lil Pogba f’Lyon dil-ġimgħa, se jkun qed jara jilqa’ lill-midfielder Franċiż il-ġimgħa d-dieħla. Mhux magħruf jekk għala l-Professur ma rax lil Pogba dil-ġimgħa u lanqas jekk Pogba kellux konsultazzjonijiet ma’ Professuri oħra. Id-deċiżjoni mhix waħda faċli biex tittieħed minħabba li Pogba jrid ifieq imma fil-istess ħin ma jridx jitlef wisq partiti ma’ Juventus u wisq inqas ma jixtieqx jitlef it-Tazza tad-Dinja.

Matthew Scerri

L-injury ta’ Pogba. Tliet xenarji possibbli

Illum hi l-ġurnata li matulha Paul Pogba se jkun iniżtat minn espert bil-għan li jiġi deċiż kif inhu l-aħjar mod biex il-Franċiż jeħles mill-problemi li għandu f’irkoptu. Hemm tliet soluzzjonijiet li qed jissemmew, tnejn li jirrikjedu operazzjoni u oħra li tikkonċerna trattament bla ebda intervent. L-ewwel operazzjoni hi waħda ta’ tindif tal-cartridge tal-irkoppa u hi meqjusa bħala intervent ħafif. F’dal-każ Pogba jkollu jdum barra 40—69 jum. Imbagħad hemm operazzjoni oħra, iktar delikata li tiggarantixxi li l-problema tissolva darba għal dejjem. Jekk Pogba jagħmel din l-operazzjoni, ikollu jibqa’ wieqaf 5-6 xhur u jitlef nofs staġun ma’ Juve u t-Tazza tad-Dinja. It-tielet soluzzjoni hi li Pogba jibqa’ jingħata injections u kura medika oħra biex itaffi l-uġigħ u jkun jista’ jilgħab. Fit-tielet soluzzjoni x’aktarx hi l-favorita ta’ Pogba biex ikun jista’ jilgħab fit-Tazza tad-Dinja. Madankollu Juventus m’ghandhomx interess li Pogba jagħżel fit-tielet soluzzjoni peress li inevitabbilment xi ħin jew ieħor ikollu jagħmel l-operazzjoni l-aktar serja (x’aktarx wara t-Tazza tad-Dinja) bil-konsegwenza li f’dan l-istaġun kollu jieħdu ftit li xejn minn Pogba.

Matthew Scerri

Ċans ta’ operazzjoni għal Pogba

L-injury ta’ Pogba hu gravi ferm iktar milli kien maħsub. Mit-testijiet li sarulu r-riżulta li hemm problema fil-meniscus ta’ rkoptu. Qed jissemma li jaf issirlu operazzjoni li tkun tfisser waqfa ta’ 40 jum għalih.

Matthew Scerri

Injury għal Pogba

Paul Pogba kellu jieqaf mit-training minħabba li ħass uġigħ f’irkoptu. Hu deher jabbanduna l-grawnd izappap u kellhom jgħinuh it-tobba Juventini biex jimxi. Suppost m’għandu xejn gravi għalkemm irridu nistennew x’se jkunu r-riżultati tac-check-up mediku li se jsirlu.

Matthew Scerri

Pogba: “Għażilt b’qalbi”

L-ammonti tal-commissions lill-aġenti ta’ Di Maria u Pogba

Angel Di Maria u Pogba huma issa uffiċjalment plejers ta’ Juventus. Mill-istqarrijiet għall-aħbarijiet maħruġa minn Juventus F.C. sirna nafu li l-commissions li se jitlħallsu lill-aġenti jammontaw għal 1.3 miljun Ewro (Di Maria) u 2.5 miljun Ewro (Pogba). Dan jixhed hemm verament id-diriġenza attwali qed tibdel l-istil tat-tmexxija tat-tim. Fil-passat Marotta u Paratici kienu magħrufa għax kienu jħallsu flejjes kbar lill-aġenti f’commissions. Issa l-affarijiet inbidlu u n-nefqa f’commissions naqset drastikament.

Matthew Scerri

Pogba lura ma’ Juventus!

Illum hi l-Pogba Day. Il-midfielder Franċiż wasal Turin tard waranofsinhar ilbieraħ u diġà żar il-Continassa. Illum se jkun fil-JMedical għat-testijiet mediċi tas-soltu u wara jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Illejla stess se jkun imħabbar uffiċjalment bħala plejer ġdid ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Di Maria jinsab Turin. Illejla jasal Pogba

Angel Di Maria wasal Turin b’titjira privata għall-ħabta tal-10.38 p.m. tal-lejl li għadda. Dalgħodu hu se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi fil-JMedical u wara jiffirma l-kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus għal dis-sena.

Intant illejla mistenni jasal Pogba Turin biex anki hu għada jkun jista’ jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus.

Żewġ akkwisti kbar, li ma swew xejn lil Juventus, u li konvinti li se jgħollu sew il-valur tekniku-tattiku tat-tim immexxi minn Allegri.

Matthew Scerri

Di Maria jasal Turin illejla? U Pogba …

Illejla Angel Di Maria mistenni jasal Turin sabiex għada jmur fil-JMedical għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Din l-aħbar mhix konfermata b’mod uffiċjali minn Juventus, biss qed tingħata bħala ċerta minn diversi sorsi. Di Maria llum se jkun qed jivvjaġġa b’destinazzjoni Turin u minn għada tibda l-avventura tiegħu mal-Bianconeri.

Paul Pogba, mill-banda l-oħra, x’aktarx se jkun Turin għat-testijiet mediċi ma’ Juventus nhar is-Sibt. It-tnejn li huma se jibdew il-preseason ma’ Juventus minn nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju flimkien mal-kumplament tat-tim.

Matthew Scerri