Posts

Tibda l-avventura Amerikana ta’ Juventus. Fagioli baqa’ Turin

Kmieni llum waranofsinhar Juventus telqu lejn l-Amerka fejn se jilagħbu numru ta partiti ta’ ħbiberija. Mat-tim ma telaqx Fagioli li għandu infjammazzjoni tat-tunsilli. Mhux magħruf jekk hu huwiex se jmur l-Amerka fil-jiem li ġejjien (meta jgħaddilu) jew inkella huwiex se jibqa’ Turin għal kollox. Li hu żgur hu li Fagioli għadu qed isegwi programm personalizzat biex jirkupra mill-injury li kien sofra u x’aktarx xorta ma kienx se jilgħab fil-partiti ta’ ħbiberija Amerikani.

Matthew Scerri

Giuntoli, Pogba u oħrajn fil-Continassa

Il-preseason ta’ Juventus jibda l-ġimgħa d-dieħla, biss il-Continassa diġà bdiet timtela. Ilbieraħ wasal fil-Continassa Paul Pogba li, wara li qatta’ sajf jittrenja waħdu f’Miami, issa mar Turin ġimgħa qabel sħabu bil-għan li jkun mija fil-mija f’sikktu għat-tournament li Juventus se jieħdu sehem fih fl-Amerka fl-aħħar ta’ dax-xahar. Miegħu hemm anki De Sciglio li qed jirkupra minn injury gravi. Hu fadallu xhur biex jidħol lura fl-azzjoni, biss f’dan l-istadju hu importanti li hu jkompli jsegwi l-programm ta’ fiżjoterpija mfassal għalih. Fil-jiem li ġejjin mistennija jaslu fil-Continassa anki Kaio Jorge u Fagioli li huma wkoll qed jirkupraw minn injury.

Apparti l-plejers, fil-Continassa llum deher għall-ewwel darba Cristiano Giuntoli li żar il-faċilitajiet sportivi ta’ Juventus u wara kellu laqgħa privata ma’ Calvo. L-aħbar uffiċjali li Giuntoli ffirma għal Juventus għadha ma ngħatatx biss jidher li hu diġà qed jaħdem għat-tim Juventin biex jibni ġejjieni mill-isbaħ.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Awwissu)

Il-filmat tal-lum joħodna għas-sena 1976. Hu filmat tassew antik, wieħed mill-aktar antiki li sibna tal-partita li tradizzjonalment tintlagħab f’Villar Perosa. Sa ftit tas-snin ilu l-partita kienet tara lit-tim ta’ Juventus jilgħab kontra t-tim Primavera Juventin. Min isegwi mill-qrib il-preseason Juventin se jinduna li minkejja li għaddew ħafna snin, l-affarijiet f’Villar Perosa ftit li xejn inbidlu.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Atletico Madrid

Bidla oħra fil-programm. Juve-Atletico se tintlagħab f’Turin

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li nstab ftehim sabiex il-partita ta’ ħbiberija kontra Atletico ssir xorta waħda għada. Mhux se tintlagħab f’Tel Aviv imma fit-training grounds tal-Continassa. Inbidel anki l-ħin li issa hu fis-6.00 ta’ filgħaxija.

Matthew Scerri

Tħassret Juventus-Atletico Madrid

Il-partita ta’ ħbiberija bejn Juventus u Atletico Madrid tħassret minħabba ġlied li nqala’ fl-iStrixxa ta’ Gaza. Din kellha tkun l-aħħar partita ta’ ħbiberija qabel jibda l-kampjonat u kellha tintlagħab f’Iżrael, biss kif għidna l-inkwiet li hemm fil-pajjiż ma jagħmilhiex possibbli li l-partita tintlagħab.

Matthew Scerri

Filmat: Siltiet minn Juventus-Juventus Under 23

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Lulju)

Nagħtu titwila lill-preseason Juventin tal-2021. Proprju bħal-lum Juventus kienu lagħbu kontra Monza fit-Trofeo Berlusconi. Din kienet l-ewwel edizzjoni tat-Trofeo Berlusconi wara li Silvio Berlusconi ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim ta’ Monza.

Attendenza rekord fir-Rose Bowl Stadium

Juventus- Real Madrid kienet xi ħaġa ferm ikbar minn sempliċi partita ta’ ħbiberija. Folla ta’ madwar 90,000 persuna attendiet għall-konfront bejn tnejn mill-aqwa timijiet tal-Ewropa. Din kienet il-partita tal-futbol bl-akbar numru ta’ spettaturi fl-istorja tal-belt ta’ Los Angeles. Barra minn hekk Juventus-Real Madrid kienet ukoll il-partita bl-akbar attendenza fl-Istati Uniti tal-Amerika matul l-2022, kif ukoll kellha l-akbar attendenza f’partiti tal-futbol fl-Istati Uniti mill-2018 ‘l hawn.

Matthew Scerri

Filmat: Juventus-Barcellona 2-2