Posts

Xejn gravi għal Ramsey

L-injury ta’ Ramsey ma jidhirx li hu gravi. Mit-testijiet li sarulu llum ma rriżulta li hemm xejn. Il-plejer se jibqa’ jkun segwit mill-istaff mediku ta’ Juventus sabiex jifhmu kif ikun sejjer.

Matthew Scerri

Ramsey weġġa’ mat-tim nazzjonali

Il-ġurnata tal-aħbarijet ħżiena tkompli issa b’aħbar ta’ injury ta’ Aaron Ramsey. Il-Federazzjoni ta’ Wales ħabbret li hu mhux se jkun jista’ jilgħab kontra l-Bulgarija minħabba injury. Meta ninsabu biss ġimgħa ‘l bogħod mill-ewwel partita taċ-Champions League, Pirlo jaf li għandu lil Dybala li jinsab marid, Ronaldo li għandu l-Covid u Ramsey barra mill-azzjoni minħabba injury.

Matthew Scerri

Ramsey għalissa mhux se jingħaqad mat-tim nazzjonali

L-FA ta’ Wales ħabbret li minħabba li l-plejers Juventini jinsabu f’iżolament ‘fiduciario’ wara li nstabu żewġ ħaddiema ta’ Juventus pożittivi għall-Covid, Ramsey għalissa mhux se jkun jista’ jingħaqad mat-tim nazzjonali. Hu se jitlef il-partita kontra l-Ingilterra u wara eventwalment ikun jista’ jingħaqad ma’ sħabu tat-tim nazzjonali.

Matthew Scerri

Ramsey mgħajjat mat-tim nazzjonali

Aaron Ramsey reġa’ ġie mgħajjat mat-tim nazzjonali ta’ Wales għall-partiti li se jilagħbu kontra l-Ingilterra, l-Irlanda u l-Ungerija bejn it-8 u l-14 ta’ Ottubru.

Matthew Scerri