Posts

Ronaldo jsellem lis-supporters Bianconeri

Dan li ġej hu l-messaġġ li permezz tiegħu Ronaldo sellem lis-supporters Bianconeri fi tmiem l-avventura tiegħu ma’ Juventus:

Today I depart from an amazing club, the biggest in Italy and surely one of the biggest in all of Europe. I gave my heart and soul for Juventus and I’ll always love the city of Turin until my final days. The “tifosi bianconeri” always respected me and I tried to thank that respect by fighting for them in every game, every season, every competition. In the end, we can all look back and realize that we achieved great things, not all that we wanted, but still, we wrote a pretty beautiful story together.

“Juve, storia di un grande amore
Bianco che abbraccia il nero
Coro che si alza davvero
Juve per sempre sara…”

I will always be one of you. You are now part of my history, as I feel that I’m part of yours. Italy, Juve, Turin, tifosi bianconeri, you’ll always be in my heart.

Uffiċjali: Manchester United xtraw lil Ronaldo

Manchester United ħarġu stqarrija li permezz tagħha kkonfermaw li laħqu ftehim ma’ Juventus biex jixtru lil Cristiano Ronaldo. Fl-istqarrija m’hemm l-ebda indikazzjoni dwar il-prezz biss qed tissemma s-somma ta’ 28 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Ma jiqfux is-sorpriżi: Ronaldo lura ma’ Manchester United?

Nibdew bl-affarijiet ċerti. Dalgħodu Ronaldo mar il-Continassa jsellem lil sħabu ta’ Juventus għall-aħħar darba. Waranofsinhar, imbagħad, qabad titjira privata lejn Lisbona. Kollox kien qed jindika li hu ċert it-trasferiment ta’ Ronaldo ma’ Manchester City. Biss il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Guardiola u Solskjaer bidlet radikalment ix-xenarju. Guardiola kien prudenti ferm u ta x’wieħed jifhem li m’hemmx ċertezza assoluta li Ronaldo se jilgħab għal Manchester City. Fl-istess ħin Solskjaer wera li Manchester United lesti jilqgħuh b’idejhom miftuħin u Bruno Fernandez diġa’ kellem lil Ronaldo nnifsu dwar dan. Xi gazzetti Ingliżi bdew minnufih jirriapurtaw li Manchester City ma kinux konvinti mill-akkwist ta’ Ronaldo u f’daqqa waħda beda jissemma li l-Portugiż se jirritorna ma’ Manchester United fi ftehim li jista’ jwassal biex Pogba jirritorna ma’ Juventus (ovvjament bil-Bianconeri joħorġu somma flus). Fadal erbat ijiem għat-tmiem tas-suq tat-trasferimenti. L-impressjoni hi li daqt ikunu nafu fejn se jilgħab Ronaldo.

Matthew Scerri

Allegri jgħid tiegħu dwar it-tluq ta’ Ronaldo

“Ilbieraħ tkellimt ma’ Cristiano u għarrafni li mhuwiex intenzjonat jibqa’ ma’ Juventus. Minħabba f’hekk mhux se jkun mgħajjat għall-partita kontra Empoli u dalgħodu ma ttrenjax mat-tim”. Hekk tkellem Allegri fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Empoli. Hu sostna li dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru sakemm is-suq tat-trasferiment ikun għadu miftuħ. Fi kliemu Juventus fil-passat tilfu nies bħal Sivori, Platini, Zidane, Del Piero u Buffon, u li issa jridu jgħaddu mingħajr Ronaldo. Skontu Juventus għandhom diversi plejers li kapaċi jiskurjaw u li f’dan l-istadju qed jaħdem iktar biex it-tim jaqla’ inqas gowls.

Matthew Scerri

Manchester City mistennija jressqu offerta lil Juventus għal Ronaldo

Jidher li Jorge Mendes illejla kellu kuntatt ma’ Manchester City u spjegalhom x’inhi l-pożizzjoni ta’ Juventus dwar Ronaldo. L-Ingliżi fehmu li Juventus mhux se jħalluh jitlaq b’xejn u qed ihejju offerta li se jressqu lill-Bianconeri. Juventus iridu biss flus u mhux se jaċċettaw tpartit ta’ plejers. Ghallinqas dan hu dak li diversi siti qed jirrapurtaw.

Matthew Scerri

Ronaldo kellu jieqaf mit-training

Cristiano Ronaldo llum kellu jieqaf mit-training wara li qala’ daqqa f’dirgħajh mingħand Alex Sandro. Hu deher muġugħ u kellu jabbanduna t-training sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Matthew Scerri

Nedved: “Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus”

Qabel Udinese-Juventus, Pavel Nedved sostna li Ronaldo mhux se jilgħab mill-ewwel minuta bi qbil bejn il-plejer u l-kowc. Skontu għadna fil-bidu tal-istagun u għaldaqstant mhux kulħadd jinsab fl-aqwa forma tiegħu. Żied anki li hu fid-dmir ta’ Allegri li jagħżel dejjem l-aqwa ħdax. Hu għalhekk li Ronaldo tħalla barra mill-ewwel ħdax. Nedved temm jgħid li Ronaldo żgur se jibqa’ ma’ Juventus.

Ronaldo talab li ma jilgħabx skont Sky

Sky qed jirrapurtaw li Ronaldo talab li ma jilgħabx kontra Udinese. Hu mhux jeskludi li jitlaq lil Juventus jekk tasallu offerta tajba. Minħabba dis-sitwazzjoni, Ronaldo ħass li ma kellux jibda mill-ewwel minuta kontra Udinese. Ovvjament din l-aħbar s’issa għadha mhix konfermata u ma nafux eżattament għala Ronaldo tħalla barra mill-ewwel ħdax kontra Udinese.

Matthew Scerri

Allegri: “Ronaldo qalli li se jibqa’ ma’ Juventus”

Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Udinese-Juventus Max Allegri tkellem anki dwar il-futur ta’ Ronaldo. Fi kliemu kien hemm ħafna għidut imma fil-verità Ronaldo qatt ma wera r-rieda li jitlaq lil Juventus. “Lili Ronaldo qalli li se jibqa’ ma’ Juventus,” stqarr Allegri.

Matthew Scerri

Ronaldo jinsab Turin. Illum jibda l-preseason tiegħu

Cristiano Ronaldo wasal Turin ilbieraħ waranofsinhar u dalgħodu se jibda l-preseason tiegħu ma’ Juventus. Bħas-soltu se jibda billi jsirulu t-testijiet mediċi u wara forsi jkollu ftit tal-ħin jitħarreġ fil-grawnd.

Matthew Scerri