Posts

Paratici: “Ronaldo mhuwiex biss plejer”

“Irridu nkunu lkoll responsabbli għax hu mument ta’ inċertezza kbira. Ronaldo ma naħsibx li hu biss plejer u atleta imma persunaġġ ta’ livell għoli. Il-paga tiegħu tinkludi ħafna affarijiet li jmorru lil hinn mill-wirjiet fil-grawnd. Hemm anki dak li hu jirrappreżenta għall-klabb. Hu l-iktar persuna magħrufa fid-dinja.” Hekk tkellem Fabio Paratici ma’ Sky fejn staqsewh dwar il-paga li Ronaldo jaqla’ ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Spjegat il-ġest ta’ Ronaldo

Qed ikun irrapurtat li l-ġest ta’ Ronaldo nftiehem ħażin. Fil-fatt Ronaldo ma tefax il-flokk ta’ Juventus mal-art. Allegatament kien hemm ballboy li talbu l-flokk u allura Ronaldo neża’ l-flokk u waddbu lejn dat-tfajjel. Fil-verità fir-ritratti li dehru online Ronaldo ma jidhirx jitfa’ l-flokk lejn l-art.

Matthew Scerri  

Ronaldo b’ġest li jqanqal polemika qalb is-supporters Juventini

Ronaldo safa fiċ-ċentru tal-kritika tas-supporters hekk kif fi tmiem Juventus-Genoa hu deher jinża’ l-flokk u jitfgħu mal-art. Il-Portugiż illum deher xi ftit nervuż u qisu qatt ma daħal realment fil-partita. Nemmnu li l-ġest tiegħu ma kienx wieħed ta’ disprezz fil-konfront ta’ Juventus, imma probabbli kien urtat miegħu nnifsu għall-wirja fqira li kellu.

Matthew Scerri  

Riquelme jrid lil Ronaldo lura ma’ Real Madrid

Waqt intervista mogħtija lil Cadena Cope, Enrique Riquelme sostna li jekk jilħaq President ta’ Real Madrid lest jaħdem biex Ronaldo jirritorna mal-Galacticos. Fl-istess ħin hu ma jridx li Zidane jkun iktar il-kowċ ta’ Real. Riquelme lest jikkuntesta l-elezzjoni għall-President ta’ Real Madrid u bħalissa l-kandidati prospettivi qed jagħmlu l-wegħdiet tagħhom biex jirbħu s-simpatija tal-votanti.

Matthew Scerri

Nedved isostni li Pirlo u Ronaldo se jibqgħu ma’ Juventus

F’intervista mogħtija lil Dazn, Pavel Nedved stqarr li Pirlo se jibqa’ 100% kowċ ta’ Juventus ank is-sena d-dieħla. Spjega li Juventus kienu konxji dwar id-diffikultajiet li setgħu jingħalqu u, minkejja li kienu qed jistennew li l-affarijiet imorru aħjar, xorta għadhom jemmnu li qabdu t-triq it-tajba. Dwar Ronaldo, Nedved qal: “Għandu kuntratt sal-2022 u għalija se jibqa’ anki s-sena d-dieħla. X’se jiġri wara għad irridu naraw.”

Matthew Scerri

Ronaldo u Girelli huma l-Aqwa Plejers għall-istaġun 2019/20

Cristiano Ronaldo ġie ppremjat waqt il-Gran Galà del Calcio bħala l-Aqwa Plejer tas-Serie A għall-istaġun 2019/20. Cristiana Girelli ta’ Juventus Women hi l-Aqwa Plejer tas-sena fost in-nisa. Bonucci u Dybala jiffurmaw parti mit-tim tas-sena tal-irġiel.

L-Aqwa Ħdax tal-Irġiel: Donnarumma, Theo Hernandez, De Vrij, Bonucci, Gosens; Barella, Gomez, Luis Alberto; Dybala, Immobile, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Gasperini.

L-Aqwa Ħdax tan-Nisa: Laura Giuliani (Juventus), Alia Guagni (Atletico Madrid), Linda Sembrant (Juventus), Lisa Boattin (Juventus), Elisa Bartoli (Roma), Aurora Galli (Juventus), Manuela Giugliano (Roma), Valentina Cernoia (Juventus), Daniela Sabatino (Sassuolo), Tatiana Bonetti (Fiorentina), Cristiana Girelli (Juventus). 

Ingħataw premijiet anki lil Atalanta bħala l-Aqwa Klabb tas-Sena, kif ukoll lil Daniele Orsato li ġie magħżul bħala l-Aqwa Referee.

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Cagliari-Juventus

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Cagliari u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 75% tal-voti, segwit minn Chiesa b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Ronaldo b’ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A

Cristiano Ronaldo saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f’ras il-klassifika tal-Aqwa Skorers tas-Serie A f’dan l-istaġun. S’issa hu skurja 23 gowl fil-kampjonat. Warajh insibu lil Lukaku b’19-il gowl. Għaldaqstant Ronaldo jidher li għandu ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A dis-sena. Ta’ min jgħid li mis-sena 2000 ‘l hawn żewġ plejers Juventini biss rebħu l-klassifika tat-topscorer: Trezeguet (2001/02 b’24 gowl) u Del Piero (2007/08 b’21 gowl).

Matthew Scerri

Ronaldo skurja iktar minn Pele!