Posts

Rovella ma’ Juventus jekk jitlaq Arthur jew Ramsey

L-aktar akkwist probabbli għal Juventus f’Jannar hu dak ta’ Nicolò Rovella. Il-midfielder Taljan hu diġà plejer ta’ Juventus imma baqa’ b’self ma’ Genoa għal sena u nofs. Is-self jasal fi tmiemu fis-sajf biss Juventus jidhru disposti li jikkuntattjaw lil Genoa sabiex Rovella jingħaqad mat-tim ta’ Allegri b’mod immedjat. Fil-fatt Juventus jistgħu jbigħu lil Ramsey u/jew Arthur u għaldaqstant jeħtieġu plejer f’nofs il-grawnd. Issemmew Zakaria u Bruno Guimaraes, iżda t-tnejn li huma diffiċli biex jinkisbu hekk kif hemm konkorrenza qawwija għal Zakaria filwaqt li O.Lyon qed jitolbu 50 miljun għal Guimaraes. It-trasferiment ta’ Rovella hu iktar fattibbli. F’dan l-istaġun hu kellu wirjiet tajba u Juventus jemmnu li hu matur biżżejjed biex jagħti sehmu fin-nofs il-grawnd tagħhom.

Matthew Scerri

Rovella jaf ikun il-pedina biex Juventus jiksbu lil Locatelli

Skont Sky Juventus qed jippruvaw jiksbu b’mod immedjat lil Nicolò Rovella mingħand Genoa anki jekk is-self tiegħu fadallu sena biex jasal fi tmiemu. Juventus talbu lil Genoa jagħtuhom lura lil Rovella sabiex ikunu jistgħu jpartuh (flimkien ma’ somma flus) ma’ Locatelli.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Rovella. Portanova u Petrelli ma’ Genoa

Juventus iddepożitaw fl-uffiċini tal-Lega Calcio l-kuntratt tax-xiri ta’ Nicolò Rovella. Hu se jibqa’ b’self għal sitt xhur ma’ Genoa. Il-klabb ta’ Preziosi xtara mingħand Juventus lil Manolo Portanova u Elia Petrelli.

Matthew Scerri

Genoa se jixtru lil Portanova

Genoa allegatament laħqu ftehim ma’ Juventus għax-xiri ta’ Manolo Portanova. Huma se jkunu qed iħallsu 7 miljuni għalih. Dat-trasferiment hu parti mill-ftehim għax-xiri ta’ Rovella min-naħa ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Għada jaf ikun konkluż il-ftehim għal Rovella

Għada t-Tnejn Paratici mistenni jkollu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Genoa sabiex jiffinalizza l-ftehim għall-akkwist ta’ Nicolò Rovella. Is-somma li qed tissemma hi bejn 8 u 10 miljun Ewro. Genoa lesti jiddiskutu anki t-trasferiment magħhom ta’ xi plejers Juventini. Jidher li huma jridu l-iktar lil Frabotta, biss Juventus jippreferu jagħtuhom lil Portanova. Barra minn hekk Genoa huma interessati f’xi talenti żgħażagħ bħal Elia Petrelli u Franco Tongya.

Matthew Scerri

Il-pjan ta’ Juventus biex jiksbu lil Rovella

Il-konkorrenza għall-akkwist ta’ Rovella hi tassew qawwija. Skont La Gazzetta dello Sport Juventus lesti jixtruh f’Jannar u jħalluh b’self għal sentejn ma’ Genoa. Minn Frar x’aktarx li Rovella se jkun free-agent biss Juventus lesti jixtruh f’Jannar għal somma żgħira biex jegħlbu l-konkorrenza ta’ timijiet oħra li jriduh.

Matthew Scerri

Min qed jissemma għan-nofs il-grawnd Juventin

Kollox jindika li fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm il-bejgħ ta’ Bernardeschi f’Jannar u l-akkwist ta’ plejer f’nofs il-grawd. L-ismijiet li qe disiru minn Tuttosport huma dawk li nafu sew għax ilna naqraw u nisimgħu dwarhom: Ryan Gravenberch (Ajax), Houssem Aouar de(O.Lyon), Manuel Locatelli (Sassuolo) u Nicolò Rovella (Genoa).

Matthew Scerri