Posts

Cagliari mhux se jżommu lil Rugani

Id-Direttur tal-Isports ta’ Cagliari, Stefano Capozzucca stqarr li Daniele Rugani mhuwiex fil-pjanijiet ta’ Cagliari. Id-deċiżjoni hi marbuta ma’ kwistjoni ekonomika hekk kif Cagliari ma jaffordjawx li jixtru plejer bħal Rugani u jagħtuh il-paga li se jkun qed jitlob. Rugani għaldaqstant se jkun qed jirritorna ma’ Juventus għalissa.

Matthew Scerri

Rugani ma’ Cagliari

Daniele Rugani se jkompli dan l-istaġun ma’ Cagliari. It-trasferiment hu wieħed uffiċjali. Is-self ta’ Rugani ma’ Rennes wasal fi tmiemu u Rugani se jkun qed jingħaqad ma’ Cagliari. Għada Rugani se jkun fil-belt ta’ Cagliari għat-testijiet mediċi.

Matthew Scerri

Rugani lejn self ma’ Torino

Daniele Rugani se jkun qed jirritorna fis-Serie A. Fis-sigħat li ġejjin hu se jkun qed jingħaqad ma’ Torino b’self għal sitt xhur. Torino għandhom diġà ftehim ma’ Juventus għal dat-trasferiment.

Matthew Scerri

Lazio f’kuntatt ma’ Juventus għal Rugani

Skont Tuttosport Lazio għamlu kuntatt ma’ Juventus biex jitkixxfu dwar il-possibbiltà li jiksbu lil Daniele Rugani. Id-difensur Taljan bħalissa jinsab misluf lil Rennes u mhuwiex eskluż li jibdel il-klabb tiegħu fil-ġranet li ġejjin.

Matthew Scerri

Rugani jista’ jitlaq lil Rennes f’Jannar

Daniele Rugani jista’ jkun li jitlaq lil Rennes f’Jannar. S’issa hu lagħab biss 2 partiti u x’aktarx Rennes ma jriduhx iktar wara li nqalgħu mill-kompetizzjonijiet kollha. Skont Superdeporte, Valencia lesti jiħduh b’self mingħand Juventus bl-istess kundizzjonijiet tal-ftehim ma’ Rennes.

Matthew Scerri

Pogba possibbli biss jekk …

Is-sit Calciomercato.com qed isostni li qabel Juventus ikunu jistgħu realment jaħsbu li jagħmlu akkwist kbir bħal dak ta’ Pogba, iridu qabelxejn jeħilsu mill-pagi ta’ plejers li mhumiex meqjusa daqshekk importanti fi ħdan it-tim ta’ Pirlo. Pogba fil-fatt għandu paga ta’ 14-il miljun ma’ Manchester United u, għalkemm forsi jitlob lil Juventus ftit inqas, żgur però li mhuwiex se jinżel taħt l-10 miljuni fis-sena. Il-plejers imsemmija minn Calciomercato.com huma: Khedira (6 miljuni), Bernardeschi (4 miljuni), De Sciglio (3 miljuni), Rugani (3.5 miljun) u Douglas Costa (6 miljuni). Jekk uħud minn dawn jitilqu darba għal dejjem lil Juventus, il-Bianconeri jkollhom il-flus biex jissodisfaw it-talba ta’ Pogba. Barra minn hekk hemm anki l-paga ta’ Sarri li Juventus qed jittama li jirnexxilhom jiffrankaw fil-ġimgħat li ġejjin.

Matthew Scerri

Camavinga fost l-aktar plejers li jinteressaw lil Juventus

Eduardo Camavinga qed ikun indikat bħala wieħed mill-plejers li l-aktar qed jogħġbu lil Juventus biex isaħħu n-nofs il-grawnd tagħhom. Il-konkorrenza għall-akkwist tiegħu hi tassew qawwija, b’Real Madrid u PSG lesti jagħmlu minn kollox biex jiffirmawh. Juventus jistgħu jilagħbu karta importanti: ilhom minn das-sajf f’kuntatti ma’ Rennes peress li silfuhom lil Rugani. Dan jista’ jagħti daqsxejn ta’ vantaġġ lil Juventus fuq it-timijiet l-oħra.

Matthew Scerri