Posts

3 ta’ Settembru 1989 – Data li ma ninsieha qatt!

Ippermettuli niftaħ naqra qalbi magħkom fuq rikordju li ħalla memorji li ma jmutu qatt fil-ħajja tiegħi!

Kelli 13-il sena u apparti li (bla ebda raġuni) kont nħobb il-Juventus, kont insegwi l-futboll Taljan b’kull mezz possibbli. Kien żmien (tmiem snin tmenin) meta l-televiżżjoni ma kelliex l-impatt li għandha llum fuq id-dinja tal-futbol! Partita tas-Serie A kont taraha (u mhux sħiħa) wara li tkun spiċċat fuq xi stazzjon tar-RAI. Kien hawn kilba kbira għal futbol u l-appassjonati qatt ma kienu jitilfu dik l- ‘imbierka’ Domenica Sportiva’ tard il-Ħadd filgħaxja.

Appuntu għadni niftakar il-mibki Sandro Ciotti jwaqqaf s-soltu rassenja ta’gowls ta’dik il-ġurnata u b’din il-vuċi ta’kantant jazz li ma ssibha mkien aktar llum il-ġurnata qal :

“Waslitilna aħbar li l-ex plejer ta’Juventus u tan-nazzjonal Gaetano Scirea tilef ħajtu traġikament f’inċident stradali ġol-Polonja. Dan kien qiegħed hemm biex isegwi t-tim li se jilgħabu kontrih il-maħbubin Juve. Ta’xejn infakkruhom fil-bniedem li apparti kien plejer ta’klassi immensa, kien raġel ta’eżempju għal-kulħadd….”

Dak il-ħin bqajt bla kliem . Kif il- Capitano ? Dak l-‘għaġina’ ta’bniedem ? Tant impressjonanti fil-grawnd kemm ta’ftit kliem u paroli barra ? Imma għaliex HU ?

Illum li ż-żgħożija tiegħi telqet tiġri bħal meta kien jitla’ Scirea lejn il-kaxxa avversarja. Illum li l-istess ħajja daħlitli kemm-il darba sliding tackle bħal ma kien jagħmel hu stess (imma ferm anqas sportivament minnu!) . Dan l-episodju baqa’ ċar f’moħħi u nemmen f’ħafna minn dawk li għandhom l-istess eta’ jew akbar.

Ciao Gaetano , ħallejt din l-art

imma postok ġo qalbna dejjem se jsib post

FINO ALLA FINE

Pierre Bonavia

 

Anniversarju: 3/9/1989 ħalliena Gaetano Scirea

Illum jaħbat l-anniversarju tal-mewt ta’ wieħed mill-akbar plejers Juventini ta’ dejjem: Gaetano Scirea. Hu libes il-flokk ta’ Juventus għal erbatax-il staġun bejn l-1974 u l-1988 b’total ta’ 552 partita u 32 gowl. Ma’ Juventus, Scirea rebaħ kull kompetizzjoni u sar anki champion tad-dinja mal-Italja fl-1982. Scirea jibqa’ f’qalb is-supporters Bianconeri mhux biss għat-teknika kbira u l-intelligenza tattika li kellu, imma fuq kollox għall-mod sinjorili, ġentili u korrett li dejjem mexa bih ġewwa u barra l-grawnd.

Il-filmat t’hawn taħt ifakkarna ftit min kien Scirea:

Matthew Scerri

Anniversarju: Il-25 ta’ Mejju hu jum speċjali għal Scirea u Zoff

Id-data tal-lum, il-25 ta’ Mejju, hi ġurnata speċjali fil-ħajja u l-karriera ta’ żewġ leġġendi ta’ Juventus: Gaetano Scirea u Dino Zoff. L-ewwel wieħed twieled proprju f’dan il-jum: fil-25 ta’ Mejju 1953. Tletin sena wara, fil-25 ta’ Mejju 1983, Dino Zoff lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar kienet partita speċjali: il-Finali tat-Tazza taċ-Champions. Ix-xorti riedet li Zoff temm il-karriera ma’ Juventus b’telfa kontra Hamburg.

Matthew Scerri

Filmat: Gaetano Scirea