Posts

Sergio Ramos ma jridx jaċċetta dak li qed joffrulu Real Madrid

Wara li aktar kmieni dil-ġimgħa taw l-aħbar li Real Madrid bdew taħdidiet ġodda għall-kuntratt il-ġdid ta’ Sergio Ramos, El Chiringuito qed isostnu li hemm probabbiltà kbira li l-Ispanjol jitlaq lil Real. Huma qed isostnu li hemm 80% ċans li Real Madrid ma jilħqux ftehim ma’ Sergio Ramos u allura hu jitlaq b’xejn fis-sajf 2021. Il-problema hi li Real Madrid iridu jimxu ma’ Ramos bl-istess mod kif jimxu mal-plejers kollha li għandhom iktar minn tletin sena: kuntratt ta’ sena jew massimu tnejn, bit-tnaqqis ta’ 20% tal-paga. Min-naħa tiegħu Sergio Ramos ma jridx jaf li jaċċetta dal-ftehim u qed ikompli jitlob kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 12-il miljun fis-sena. Juventus u PSG qed isegwu mill-qrib dis-sitwazzjoni u jidhru lesti li jissodisfaw it-talba ta’ Sergio Ramos.

Matthew Scerri

Real Madrid f’taħdidiet għat-tiġdid tal-kuntratt ta’ Sergio Ramos

Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm ħafna xnigħat li Juventus u PSG setgħu jiffirmaw lil Sergio Ramos b’xejn is-sajf li ġej meta jiskadilu l-kuntratt ma’ Real Madrid. Issa El Chiringuito qed jirrapurtaw li fl-aħħar jiem Real Madrid bdew taħdidiet ma’ Ramos biex jilħqu ftehim miegħu għat-tiġdid tal-kuntratt. Fi kliem ieħor hu probabbli li Sergio Ramos itemm il-karriera ma’ Real Madrid.

Matthew Scerri

X’qed joffru Juventus lil Sergio Ramos

Juventus u PSG huma deċiżi li jippruvaw jiffirmaw lil Sergio Ramos b’xejn fis-sajf li ġej meta jiskadilu l-kuntratt ma’ Real Madrid. Skont El Chiringuito Tv Juventus u PSG qed joffrulu kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 12-il miljun Ewro fis-sena.

Matthew Scerri