Posts

Bidla fil-format tas-Super Cup tal-Italja

Il-Lega Calcio approvat tibdil fil-format tas-Super Cup tal-Italja. Minn issa ‘l quddiem mhux se jibqgħu jikkompetu għat-tazza biss ir-rebbieħa tal-kampjonat u tal-Coppa Italia. Minflok se jkollna tournament bejn erba’ timijiet (l-ewwel tnejn klassifikati fil-kampjonat, it-tim rebbieħ tal-Coppa Italia u t-tim finalist tellief tal-Coppa Italia). Fis-sitt snin li ġejjin, is-Super Cup tal-Italja se tinżamm fl-Arabja Sawdita. Il-Lega Calcio qed tirrikonoxxi wkoll li jista’ jkun hemm bidliet fil-format tal-kompetizzjoni jekk il-ħtiġijiet straordinarji ta’ kompetizzjonijiet oħra ma jkunux jippermettu li s-Super Cup tinżamm fil-format il-ġdid.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat: 17 ta’ Jannar 1996 Juve jirbħu l-ewwel Super Cup tal-Italja

Fis-17 ta’ Jannar 1996 Juventus rebħu għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom is-Super Cup tal-Italja. Fiċ-ċpar ta’ dik il-lejla Vialli kien skurja l-gowl deċiżiv li bih Juventus għelbu lil Parma u kisbu l-unur għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next