Posts

Tchouameni fil-mira ta’ Juventus

Iż-żmien għaddej u mhux qed ikun hemm aħbarijiet ġodda fin-negozjati biex Juventus jixtru lil Locatelli. Sassuolo għadhom jaraw kbir u Juventus, bix-xieraq, mhumiex għollu l-offerts tagħhom. Qed ikun hemm rapporti li Juventus bdew ifittxu plejers oħra f’każ li ma jirnexxilhomx isibu ftehim ma’ Sassuolo għal Locatelli. L-isem li l-aktar li qed isir hu dak ta’ Tchouameni. Monaco qed jitolbu 15-il milun Ewro għalih, somma li Juventus lesti jħallsu f’sentejn basta tkun tinkludi anki l-bonuses.

Matthew Scerri