Posts
Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Verona-Juventus
Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Verona u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 51% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Kulusevski b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri
Uffiċjali: Kif se jibdew Verona u Juventus
VERONA (3-4-2-1): Silvestri; Magnani, Gunter, Lovato; Faraoni, Ilic, Sturaro, Dimarco; Barak, Zaccagni; Lasagna.
JUVENTUS (3-5-2): Szczesny; Demiral, De Ligt, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, Rabiot, Ramsey, Bernardeschi; Kulusevski, Cristiano Ronaldo.
Każ ta’ Covid-19 fit-tim ta’ Verona
Verona taw l-aħbar li persuna mill-grupp tat-tim (ma nafux jekk huwiex membru tal-istaff jew plejer imma!) instab pożittiv għall-Covid-19. Il-bqija tal-plejers u l-istaff ittestjaw negattivi.
Matthew Scerri