Posts

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Settembru)

Lura għas-sena 1958, meta proprju fl-24 ta’ Settembru Juventus laqgħu f’darhom lil Wiener Sport-Club fit-Tazza taċ-Champions. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 3-1 b’hattrick ta’ Sivori.

Anniversarju: Fit-23 ta’ Awwissu 1910 twieled Giuseppe Meazza

Fit-23 ta’ Awwissu 1910 twieldet leġġenda tal-futbol Taljan, Giuseppe Meazza. Hu r-raba’ l-aqwa skorer fl-istorja tas-Serie A u wieħed mit-tliet plejers Taljani li rnexxilhom jirbħu t-Tazza tad-Dinja darbtejn. Għalkemm hu rabat ismu l-iktar ma’ Inter u Milan, Meazza lagħab anki sena ma’ Juventus. FL-istaġun 1942-43 hu skorja 10 gowls f’27 partita mal-Bianconeri.

Il-filmat t’hawn taħt fih xi gowls ta’ Meazza:

Anniversarju: 25/4/1990 Juventus jirbħu l-Coppa Italia

Wieħed u tletin sena ilu Juventus rebħu l-Coppa Italia għat-tmien darba fl-istorja tagħhom. Fil-finali huma kienu lagħbu kontra Milan u rebħu bl-iskor ta’ 1-0 bil-gowl tar-rebħa jkollu l-firma ta’ Roberto Galia. Dik il-ħabta l-Finali tal-Coppa Italia kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. L-ewwel konfront, f’Turin, kien intemm fi draw ta’ 0-0. Imbagħad, kif għidna, fil-25 t’ April 1990 Juventus f’San Siro għelbu lil Milan u għollew it-trofew.

Matthew Scerri

Anniversarju: 25/4/1995 miet Andrea Fortunato

Illum jaħbat is-26 anniversarju mill-mewt ta’ Andrea Fortunato. Kien proprju fil-25 t’April 1995 li Fortunato tilef il-ġlieda kontra l-marda kiefra tal-lukiemja. Kien deher li seta’ jirbaħ din il-ġlieda, imma xi kumplikazzjonijiet wasslu biex Fortunato ħalla din id-dinja fl-età ta’ 23 sena. Il-video t’hawn taħt ifakkarna ftit min kien Fortunato.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Ottubru)

Fl-20 ta’ Ottubru 1996 Juventus lagħbu f’darhom kontra Inter u rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Dakinhar Zinedine Zidane kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus.

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Settembru)

Il-partita mill-passat tal-lum toħodna lura għas-sena 1947. Dakinhar Juventus lagħbu fil-kampjonat kontra Alessandria. Skor finali 1-3 favur Juventus f’dad-derby tal-Piemonte. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Sentimenti III u Arpas (2).