Posts

Giuntoli: “Irridu nsibu bilanċ bejn sostenibbiltà u kompetittività”

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, Cristiano Giuntoli ġie mistoqsi ħafna dwar l-istrateġiji ta’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti. Skontu jrid jinstab bilanċ bejn il-kompettittivita’ tat-tim u s-sostenibbilta’ finanzjarja tal-operat tat-tim. Saħaq li għalissa Juventus m’huma se jixtru lil ħadd peress li jemmnu li għandhom tim kompetittiv. L-attenzjoni tinsab biss fuq il-bejgħ ta’ plejers ladarba hemm wisq plejers fi ħdan it-tim. F’das-sens ikkonferma li hemm offerti minn klabbs oħra għal Zakaria, Arthur u Bonucci, b’dan tal-aħħar pero’ mhux interessat l-offerti li waslulu. Tenna li se jkun diffiċli fil-bidu li t-tim jitmexxa b’mod għaqli mil-lat finanzjarju, biss fil-futur għad ikun hemm frott kbir grazzi għal dil-ħidma u s-sagrifiċċji li qed isiru issa.

Sarulu tliet domandi dwar Lukaku u r-risposta li ta Giuntoli kienet li bħalissa hu u Manna qed jitkellmu ma’ klabbs oħra biex jiksbu informazzjoni dwar xi plejers mingħajr ma fetħu negozjati ma’ ħadd. Fl-istess waqt Giuntoli saħaq li Juventus jemmnu ħafna f’Vlahovic u Chiesa tant li ma jridux ibigħuhom. Madankollu jekk tasal offerta fenomenali, Juventus lesti jikkunsidraha peress li l-accounts tal-klabb jirrikjedu dħul biex jagħmel tajjeb għat-telf li kien hemm u li jista’ jkun hemm, speċjalment jekk Juventus ma jiħdux sehem fil-Conference League.

Fl-aħħar nett kumment dwar Allegri. Giuntoli faħħru għax-xogħol tas-sena li għaddiet minkejja d-diffikultajiet kbar li kien hemm. Żvela li Allegri ma talbu ebda akkwist, anzi hu jemmen ħafna fil-potenzjal tat-tim li għandu Giuntoli temm jgħid li qed jaħdem bejn ipoġġi lil Allegri fl-aħħar kundizzjonijiet biex jaħdem b’tim magħmul minn talent żagħżugħ u plejers esperti li jaħdmu id f’id flimkien ħalli Juventus jiksbu l-aqwa riżultati.

Matthew Scerri

Erbgħa lura għal Juventus kontra Inter

Nhar il-Ħadd kontra Inter, Juventus se jkollhom lura erba’ plejers li. A lagħbu kontra PSG. Danilo dieħel lura wara li kien sospiż jumejn ilu. Di Maria, Vlahovic u Bremer, mill-banda l-oħra, irkupraw mill-injuries tagħhom u se jkunu jistgħu jilagħbu fid-Derby d’Italia.

Matthew Scerri

Vlahovic u Locatelli mhux se jilagħbu. Pogba u Locatelli barra wkoll

Vlahovic u Locatelli se jkollhom jitilfu l-partita t’għada kontra Lecce. L-attakkant Serb ma rkuprax mill-injury li sofra dil-ġimgħa, filwaqt li Locatelli mhux se jilgħab minħabba raġunijiet personali.

Chiesa u Pogba ma ġewx mgħajta għall-partita kontra Lecce. Allegri spjega llum li x’aktarx anki kontra Inter se jibqgħu barra u jista’ jagħti l-każ, ghalkemm m’hemmx ċertezza, li jidħlu kontra Verona jew Lazio.

Matthew Scerri

Bidliet fin-numru tal-flokkijiet ta’ Chiesa u Vlahovic

Direttament mis-sit tal-Juventus Store, saret magħrufa bidla fin-numri tal-flokkijiet ta’ Federico Chiesa u Dusan Vlahovic. L-attakkant Serb se jkun qed jilbes il-flokk numru 9, filwaqt li Chiesa se jkollu n-numru 7. Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm ħafna xnigħat li Chiesa se jkun qed jingħata l-flokk numru 10 wara t-tluq ta’ Dybala, b’Cuadrado jieħu lura n-numru 7. Madankollu dan ma seħħx. Kollox jindika, issa, li n-numru 10 ta’ Juventus se jkun qed jinġarr mill-ġdid minn Paul Pogba.

Matthew Scerri

Injury għal Vlahovic

Dusan Vlahovic għandu uġigħ ħafif u mhux se jkun qed jilgħab għat-tim nazzjonali tas-Serbja. It-tobba tat-tim nazzjonal Serb, bi qbil mal-istaff mediku ta’ Juventus, bagħtuh lura Turin sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Vlahovic se jkun qed jitlef il-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Ungerija u d-Danimarka.

Matthew Scerri

Vlahovic: “L-importanti li rbaħna”

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next