Team trasformat

Zgur li wara l-mercato ta’ Jannar u z-zewg akkwisti li saru kollha innutajtu mhux biss bidla qawwija tattika fit-team izda nifs gdid ta’ motivazzjoni fil-bqija tal-players taghna. L-akkwisti l-godda gabu mhux biss aktar kwalita izda gabu ukoll mentalita u determinazzjoni u kompetizzjoni fost bosta players biex jiehdu posthom regolari fit-team. Dan huwa sinjal kemm l-ambjent Juventin kien waqa f’certu monotonija f’din l-ahhar sena u nofs u kompla bi krizi mentali wara t-tluq ta’ malajr fis-sajf ta’ Ronaldo.

Id-dhul ta’ Vlahovic gab kwalita u sahha gdida fl-attakk, xi haga li konna hafna neqsin minna u swiet ta’ gid anka lil Paolo Dybala u wisq aktar lil Morata li meta jilghab mal-linja u jkun jista jisfrutta l-velocita tieghu letteralment isir player iehor. Il-loghba kontra Atalanta kienet xhieda ta’ dan kollu, determinazzjoni u mentalita gdida li konna ilna ma’ nhossuha li ma’ naqtaw qalbna qatt. Konna sfortunati ghaliex din il-loghba kien haqqna nirbhuwa; fl-ewwel taqsima kellna hafna okkazjonijiet biex nifthu l-iskor kemm ghax inqasna minn naha taghna u kemm b’xi saves tal-gowler Sportiello li wettaq bosta saves waqt il-partita.

Atalanta skurjaw kontra l-andament tal-loghba b’xutt minn 30 metru boghod wara li sa dak il-hin kienu ghadhom ma’ tawx xutt wiehed fil-lasta izda l-futbol dak hu kultant kattiv immens. Izda t-team ma’ qatax qalbu kontra kif rajna hafna drabi f’dan l-istagun u ghalkemm irriskjajna li naqalaw anka t-tieni gowl fl-ahhar mumenti wasal id-dro minn Danilo, player illi qed ikun determinanti bil-prestazzjonijiet tajba tieghu u l-esperjenza li ghandu, hasra li tlifnih ghad derby. Naturalment bhas-soltu kien hemm kazi ta’ moviola fejn Atalanta kellom fl-opinjoni tieghi kellhom jispiccaw b’ghaxra minn nies meta Hateboer ghamel foul ikrah fuq Mattia De Sciglio izda ntwera biss karta safra. Il-media taljana bhas-soltu dak ma’ ratux izda ghalijom kellu jitkecca Szczesny li ghalkemm ma’ kellux johrog hemm barra xorta ma’ ghamel l-ebda foul anzi kien il-player ta’ Atalanta li gholla saqajh fuq sidru izda inkredibilment sahansitra gurnalist ta’ l-ansa waqt il-konferenza ta’ Allegri saqsih ghala ma’ tkeccix. Allegri wiegbu u qallu hsibtek se ssaqsini fuq il-foul ta’ Hateboer. Il-gurnalist kellu l-wicc iwiegbu li ma’ jafx ghal liema foul qed jirreferi! U dak huwa sinjal iehor li hafna qed jergaw jibzaw mil-Juventus ghaliex hasbu li ghal dan l-istagun helsu minna.

Semmejt lil Allegri u filwaqt li ghamel tibdil tattiku pozittiv dan l-ahhar xorta issorprendini kif halla lil Zakaria barra kontra Atalanta fejn kellna bzonn xi hadt b’sahhtu li jkisser il-velocita tal-players opposti. Fl-oppinjoni tieghi liz-zghazugh Ake ukoll setgha dahlu ftit aktar kmieni. Izda issa bdejt nidra l-mentalita ta’ Allegri li filwaqt nghid li huwa kowc tajjeb huwa ukoll konservattiv hafna.

Il-futur jipprometti tajjeb izda xorta irridu nibqaw saqajna ma’ l-art u koncentrati ghaliex jonqos hafna loghob u Atalanta zgur li mhux ha jaqtaw qalbhom u ser jibqaw jissieltu maghna ghar-raba post. Izda t-team taghna jidher illi issoda u konvint aktar minn qatt qabel dan l-istagun milli fadal minnu zgur li ha nkunu aktar protagonisti.

FORZA JUVE DEJJEM