Testijiet oħra juru li El Shaarawy m’għandux il-Covid

Stephan El Shaarawy m’għandux il-Covid-19.  Tard ilbieraħ ħareġ ir-riżultat ta’ swab test ieħor li sarlu matul il-ġurnata wara li kien hemm xi dubji dwar l-ewwel test li kien ta’ riżultat ta’ pożittività. Mit-tieni test irriżulta li El Shaarawy hu negattiv u kien hemm konferma anki minn test tad-demm li sarlu. Flimkien ma’ El Shaarawy anki l-plejers kollha l-oħra tat-tim nazzjonali ttestjaw negattivi.

Matthew Scerri