Tħassib dwar Dazn hekk kif illum ma setgħux ixandru Inter-Cagliari

Illum Dazn kellhom problemi tekniċi kbar li wasslu biex il-partita Inter-Cagliari ma setgħetx tixxandar. Apparti l-polemiki kbar li għaddejjin bħalissa online, ta’ min jgħid li hemm tħassib enormi għax Dazn għadhom kif ingħataw id-dritt li jxandru l-parti tas-Serie A mill-istaġun li jmiss. Għal dawn l-aħħar tmintax-il sena kienu Sky li xandru l-partiti u s-servizz dejjem kien impekkabbli mil-lat tekniku. Dazn fl-aħħar sentejn spiss kellhom xi problemi tekniċi, qatt imma daqs dawk tal-lum li wasslu biex il-partita sħiħa ma xxandritx. Ħafna qed isaqsu jekk Dazn humiex affidabbli biżżejjed biex jittrasmettu l-partiti kollha tas-Serie A mis-sena d-dieħla.

Matthew Scerri