Tikber il-konkorrenza għal Gayà

José Gayà mistenni jkun qed jitlaq lil Valencia das-sajf minħabba li l-kuntratt tiegħu jasal fi tmiemu s-sena d-dieħla. Qed jissemma l-prezz ta’ 25 miljun. Apparti Juventus, il-gazzetti qed isemmu anki li hemm interess min-naħa ta’ Manchester City, Atletico Madrid u Real Madrid. Fil-każ ta’ Juventus, l-interess f’Gayà hu marbut mal-futur ta’ Alex Sandro. Il-Bianconeri jixtiequ jbigħu lil Alex Sandro, biss nafu li mhux se tkun ħaġa faċli minħabba nuqqas ta’ interess fih minn klabbs li realment jistgħu jaffordjaw il-prezz tat-trasferiment u tal-paga tiegħu.

Matthew Scerri