Tlieta mistennija jġeddu l-kuntratt ma’ Juventus

Cuadrado, De Sciglio u Perin huma mistennija jiffirmaw kuntratti ġodda ma’ Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Kolombjan diġà stqarr pubblikament li se jibqa’ ma’ Juventus u fil-verità għandu ftehim ma’ Juventus għal kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 4 miljuni fis-sena. Anki De Sciglio u Perin lesti jaċċettaw il-proposta mressqa lilhom min-naħa ta’ Juventus. De Sciglio se jkollu paga ta’ 1.8 miljuin Ewro, filwaqt li Perin se jkun qed jaqla’ 1.5 miljun. Għat-tlieta li huma se jkun hemm tnaqqis fil-paga minħabba li Juventus qed jimxu fid-direzzjoni li jbaxxu drastikament l-ammont totali ta’ paga li jħallsu kull sena.

Matthew Scerri