Tottenham juru interess fi plejers Juventini

Fabio Paratici se jkun qed jaħdem għat-tim ta’ Tottenham. F’dawn is-sigħat mistennija tingħata l-aħbar uffiċjali tal-ħatra tiegħu. Hu probabbli ferm li Paratici se jkun qed jagħmel kuntatti ma’ Juventus bil-possibbiltà li l-klabbs jiftħu negozjati għal xi plejers. Qed jissemma li Paratici se jagħmel tentattiv biex jikseb lil Bonucci u lil Rabiot għal Tottenham. Issa naraw x’se jiġri verament. Li hu żgur hu li Juventus u Tottenham se jkun qed jaħdmu mill-qrib anki minħabba l-loġika tal-plusvalenze.

Matthew Scerri