Uffiċjali: Atalanta xtraw lil Romero għal kollox

Atalanta għamlu użu mid-dritt tagħhom li jixtru għal kollox lil Cristian Romero. Huma se jħallsu 16=il miljun Ewro lil Juventus, liema somma se titħallas fi tliet rati. Dat-trasferiment ifisser minusvalenza ta’ 4.8 miljun Euro għal Juventus.

Atalanta, min-naħa tagħhom, ħabbru anki li bigħu lil Romero lil Tottenham wara staġun mill-aqwa.

Matthew Scerri