Verona qatt ma għelbu lil Juventus f’Turin fis-Serie A

Juventus-Verona hi sfida bejn timijiet li bejniethom rebħu 39 scudetto. Komplessivament isibu lit-timijiet lagħbu 81 darba kontra xulxin f’partiti uffiċjali ta’ kompetizzjonijiet diffeenti. Juventus rebħu 49 minn dawn il-81, kien hemm 18-il draw u 14-il rebħa ta’ Verona. B’kollox Juventus skurjaw 153 gowl f’dawn il-partiti kollha u qalgħu 69 gowl. Jekk inħarsu lejn il-partiti tas-Serie A, b’kollox kien hemm 58 konfronti bejn Juventus u Verona. Juventus ħarġu rebbieħa 33 darba, b’14-il draw u 11-il telfa. Interessanti lifid-29 partita tas-Serie A li ntlagħbu f’Turin, Verona qatt ma rebħu. Anzi, biex ngħidu kollox, Juventus ħarġu kważi dejjem rebbieħa (25 rebħa u 4 draws).

Matthew Scerri