Żewġ klabbs tal-Premier League b’offerta għal Dybalaby Aleandro Bartolo
Chelsea u Tottenham huma lesti joffru 55 miljun Ewro għal Paulo Dybala skont France Football u The Sun. Il-prezz ta’ Dybala qed jitbaxxa peress li hu għandu kuntratt ma’ Juventus li jiskadi fl-2022. Konvinti li jekk Dybala mhuwiex se jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus fix-xahrejn li ġejjin, se nqattgħu sajf sħiħ nisimgħu b’timijiet interessati li jiksbuh. Min-naħa tagħna nemmnu li Dybala ħaqqu kuntratt ġdid ma’ Juventus (speċjlament meta tqis li hu dejjem stqarr li ma jridx jitlaq) u, fuq kollox, li tkun ħaġa stupida immens li Juventus jirriskjaw li jitilfuh b’xejn sena u nofs oħra.
Matthew Scerri