Żewġ kummenti ‘a caldo’ wara il-logħba Spezia vs Juventus

Illum kienet l-ewwel logħba speċi ta’ do or die għall-istaġun tagħna specjalment fejn jirrigwarda l-kampjonat …. fejn iktar minn qatt qabel kienu jiswew it-3 punti! Illum kif jgħidu ‘contava solo vincere’. Waqt il-logħba speċjalment kif skurjaw it-tieni goal tagħhom Spezia, għaddiet minn fuqi arja ta’ rassenjazzjoni li rari esperjenzajtha kemm ili nsegwi il-Juve. Bejn l-inkredulita’ u l-forza tad-disperazzjoni minħabba ir-riżultat komplejt nara il-logħba imma ftit distratt jew mentalment distakkat għall-ewwel li qlajna l-gowl li ġabna fi żvantaġġ. It-tim pero’ bi Chiesa bi grinta mostruża irreaġixxa bil-kbir għad-diffikultajiet ta’ waqt din il-logħba.


Aspett pożittiv kien żgur li meta wieħed jipparaguna din il-logħba ma’ dik ta’ kontra Empoli jinduna li fejn dakinhar l-iskwadra kienet mentalment u fizikament inkapaċi li ġġib il-logħba lura f’binarju tajjeb, illum l-iskwadra irreagixxiet għal sitwazzjoni ta’ diffikulta’ akbar – propju ghaliex illum kieku tlifna, kienet tkun ftit katastrofika għall-moral tat-tim. Fatt kurjuż li żgur ma ġiex injorat kemm minni u probabbilment anke l-qarrejja ta’ dan il-grupp hu li llum qisu d-destin ried jippremja tlett players ta’ eta’ żghira minflok xi wieħed mill-plejers veterani u propju tnejn minnhom (De Ligt u Chiesa) kienu ftit iktar taħt il-lenti wara l-logħba kontra Milan. Chiesa skurja goal li sewa bħala turning point fil-logħba u De Ligt reġa wera dik il-grinta tipika tiegħu propju bħal meta skurja kontrina l-goal deċiżiv mal-Ajax fic-Champions League. Mill-banda l-oħra, Moise Kean skurja goal vera sabiħ u tipiku ta’ striker ta’ stoffa!


Wara r-rebħa soffertissima tal-llum, għajnejna u moħħna diġa ser iduru fuq il-partita li jmiss tal-Ħadd fi 12:30 kontra Sampdoria, fejn issa wieħed jispera li wara illum nagħtuha iktar kontinwita’ b’rebħa u nisperaw wirja iktar matura u konvinċenti minn tal-llum stess. L-elementi huma kollha hemm biex dan iseħħ imma wieħed irid jinżel b’kattiverja agonistika u feroċja mill-ewwel minuta biex niksbu r-riżultat u nisperaw niksbu l-ewwel clean sheet li taghti aktar fiduċja u solidita’ lill-iskwadra biex b’hekk nibdew nevitaw li nirriskjaw bi kbir li niġu rmuntati waqt logħba u nitilfu punti prezzjużi.


Nitkellmu il-quddiem… insellmilkom għeżież ħbieb Juventini.


Massimo