Żieda fil-kapital għal valur ta’ bejn 300 u 400 miljun Ewro

Hu dejjem iktar probabbli li Juventus jibdew il-proċeduri f’qasir żmien li jwasslu għal żieda fil-kapital min-naħa tax-share-holders. Il Sole 24 Ore qed ibassar li diż-żieda se tkun ta’ bejn 300 u 400 miljun Ewro, somma li hi meħtieġa sabiex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ dħul fis-sena u nofs tal-Covid. Iż-żieda fil-kapital ilha tissemma fil-gazzetti għalkemm fil-laqgħa tal-Exor ta’ ftit ġimgħat ilu ma ssemma xejn dwarha. Kien hemm l-għidut li l-Familja Agnelli kienet lesta tfittex share-holder li jixtri sa massimu ta’ 20% mix-shares, biss issa kollox jindika li l-klabb se jkun qed imur għaż-żieda fil-kapital.

Matthew Scerri