Zmien krucjali

Kif kulhadd jaf l-ewropa ghaddejja minn zmien partikolari hafna minhabba li ghaddej fir-Russja u l-Ukranja u dan jaffetwa kollox anka l-football fejn qed naraw timijiet Russi li ser jitilfu players minhabba sanzjonijiet tal-uefa u clubs ewropej bhal Chelsea li huma taht propjeta Russa jidher li gew affetwati hafna u dan jista jkun ta tibdila radikali fi zmien li gej ghal clubs Ewropej.

Izda nigu ghat-team taghna fejn bla dubju ghalkemm xorta bqajna b’football xejn spettakolari jidher li biz-zewg akkwisti li saru t-team jidher li aktar milli nghid issoda sab certu motivazzjoni li swiet hafna fl-ahhar perjodu.

Sfortunatament bhal ma jigrilna spiss kif jasal il-perjodu li tirritorna champions league nibdew insofru serje twila ta’ injuries ta’ players fondamentali u li jistaw ikunu decisivi. Zgur li players bhal Zakaria u dan l-ahhar wara wirjiet tajba hafna ta Mckennie zgur kienu jkunu fondamentali ghat-team.

Zgur li jekk navvanzaw aktar fl-Ewropa ikun gravi li nibqaw nitilfu aktar players ghaliex rajna li anka jekk ikollok materjal qawwi ta kwalita jista ma jkunx bizzejjed, rajna l-ezempju ta PSG din il-gimgha stess.

Kwistjoni ohra fil-kamp Juventin hija t-tigdid ta’ serje ta’ kuntratti li ha jiskadu fejn l-aktar li jispikka huwa dak ta’ Paolo Dybala fejn fl-opinjoni tieghi jidher car li gejja separazzjoni bejn Juventus u l-istess player ghaliex kieku l-affarijiet ma’ waslux sa hawn u ma hadux dan iz-zmien kollu. Il-club jidher li qabad is-sistema tithallas skond il prezenzi u skond il-prestazzjonijiet u ippermettuli nghid li naqbel ghaliex jidher illi certu players rabbew is-sadid u qeghdin iserhu fuq hlas qawwi li l-club difficilment isib bejgh taghhom.

Ghalhekk ma neskludix li minbarra Dybala jista jkun hemm aktar rjus li ser itiru. Kif dejjem ghidna hadt mhuwa akbar mil-club u l-messagg minn naha socjetarja jidher li huwa car hafna.

FORZA JUVE DEJJEM